Kategoriji tal-mistoqsijiet:
Le, tista’ tapplika biss għal grad wieħed. Għandek tagħżel meta tapplika online u m’intix se tkun tista’ tibdlu wara li tivvalida l-formola ta’ applikazzjoni online tiegħek.
Madankollu, il-Bord tas-Selezzjoni jista’ jassenja kandidati fil-Grad ta’ AST/SC 2 għall-Grad AST/SC 1. Dan ir-riassenjament jista’ jsir b’mod esklużiv matul l-iċċekjar għall-eliġibbiltà taħt ċerti kondizzjonijiet stretti ddettaljati skont il-punt 4 tal-Avviż ta’ kompetizzjoni.