Kategoriji tal-mistoqsijiet:
Jekk tivvalida l-formola ta’ applikazzjoni sa żmien id-data tal-għeluq, se tkun mistieden biex toqgħod għal serje ta’ testijiet b’Mistoqsijiet b’Għażla Multipla bbażati fuq il-kompjuter (MCQ) f’wieħed miċ-ċentri tat-testijiet akkreditati tal-EPSO. It-testijiet MCQ ibbażati fuq il-kompjuter se jkunu organizzati kif ġej:
- Testijiet MCQ fir-raġunament Verbali, Numeriku u Astratt (fil-Lingwa 1 tiegħek) u
- Testijiet MCQ tal-ħiliet professjonali (Akkuratezza & Preċiżjoni u Prijoritizzazzjoni & Organizzazzjoni) (fil-Lingwa 2 tiegħek)
Jekk tilħaq il-marki minimi meħtieġa fit-testijiet MCQ preliminari u waħda mill-ogħla marki kkombinati għaż-żewġ testijiet tal-ħiliet professjonali, se tkun mistieden biex toqgħod għat-test tal-ħiliet fil-Microsoft Office fil-lingwa 2 tiegħek.
Jekk jogħġbok iċċekkja wkoll it-testijiet kampjun ("Assistenti (AST-SC)”) għal aktar informazzjoni.