FAQs

Paġna ewlenija > FAQs > Kif għandi napplowdja/nillinkja d-dokumenti ta’ sostenn tiegħi?

Kif għandi napplowdja/nillinkja d-dokumenti ta’ sostenn tiegħi?

Mhux aktar tard minn jum qabel it-testijiet tiegħek fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni trid tipprovdi kopji skenjati tad-dokumenti rilevanti tiegħek, li jappoġġjaw l-informazzjoni fil-formola tal-applikazzjoni tiegħek. Dawn iridu jkunu:

A. applowdjati fil-profil tal-EPSO tiegħek,
B. illinkjati mal-formola tal-applikazzjoni tiegħek.

Id-dettalji dwar id-dokumenti ta' sostenn li għandhom jiġu applowdjati jinsabu fir-regoli ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali mehmuża mal-avviż tal-kompetizzjoni.

A. Applowdja d-dokumenti fil-profil tal-EPSO tiegħek

Jekk jogħġbok l-ewwel applowdja l-kopji skenjati tad-dokumenti tiegħek fil-profil tal-EPSO tiegħek billi tikklikkja l-buttuna “Applowdja dokumenti ta' sostenn” disponibbli fil-profil tal-EPSO tiegħek.

Id-dokumenti ta’ sostenn rilevanti tiegħek jistgħu jkunu relatati ma’ waħda minn dawn l-4 kategoriji:

  1. karta tal-identità nazzjonali jew passaport,
  2. edukazzjoni u taħriġ,
  3. esperjenza professjonali,
  4. dokumenti oħrajn.

Tista’ tapplowdja sa 20 file għall-kategoriji 1, 2 u 4 u sa 50 file għall-kategorija 3 (massimu ta’ 2MB għal kull file).

Id-dokumenti jridu jkunu PDF, TIFF jew JPG. M’hemm ebda format ieħor ta’ files appoġġjat.

Ikkunsidra li ssemmi mill-ġdid id-dokument tiegħek f’każ ta’ messaġġ ta’ żball: uża biss tikka (.) waħda qabel l-estensjoni tal-file (pdf, tiff, jpg) u evita li tuża karattri speċjali (_-/ eċċ.) jew spazji vojta fl-isem tal-file. 

Tista’ tara dokument applowdjat qabel billi tikklikkja l-ikona ta’ Viżwalizzazjoni (forma ta’ għajn) u tista’ tħassar dokument billi tikklikkja l-ikona tal-bin. Tista’ tħassar biss dokument li għadu mhux marbut jew li ma għadux marbut ma’ applikazzjoni.

B. Illinkja dokumenti mal-applikazzjoni tiegħek

Meta tkun applowdjajt id-dokumenti tiegħek fil-profil tal-EPSO tiegħek, għandek tillinkja dawk rilevanti mal-applikazzjon tiegħek billi tikklikkja l-buttuna “Illinkja d-dokumenti ta’ sostenn” disponibbli ħdejn kull applikazzjoni fit-tab “Applikazzjoni(jiet)” tal-profil tal-EPSO tiegħek.

Billi tikklikkja l-buttuna “Illinkja dokumenti ta’ sostenn” taċċessa l-lista ta’ dokumenti ta’ sostenn applowdjati fil-profil tal-EPSO tiegħek. Id-dokumenti huma miġburin skont it-“Tip ta’ file” (4 kategoriji) u ordnati alfabetikament taħt “Uri l-Isem”. Tista’ twettaq l-azzjonijiet li ġejjin:

  1. Turi (tara) id-dokument (f’forma ta’ għajn),
  2. Tillinkja d-dokument (forma ta’ katina),
  3. Tneħħi l-link tad-dokumenti kollha (Kollox fuq)
  4. Tneħħi l-link tad-dokument (forma ta’ katina miksura).

Ladarba tkun wettaqt l-azzjonijiet meħtieġa, jekk tikklikkja l-buttuna “Lura” tmur lura għall-iskrin ta’ qabel.

Id-dokumenti ta' sostenn mhux se jiġu ttrasferiti lis-servizzi ta’ reklutaġġ.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le