FAQs

Paġna ewlenija > FAQs > Kif jiġu organizzati t-testijiet ibbażati fuq il-kompjuter b’inviġilazzjoni mill-bogħod?

Kif jiġu organizzati t-testijiet ibbażati fuq il-kompjuter b’inviġilazzjoni mill-bogħod?

L-inviġilazzjoni mill-bogħod permezz tal-applikazzjoni Prometric ProProctor tal-kuntrattur tagħna tippermetti lill-kandidati jagħmlu t-testijiet b’mod sikur mill-bogħod bil-kompjuter tagħhom stess minflok f’wieħed miċ-ċentri tal-ittestjar ibbażati fuq il-kompjuter. 

“Inviġilatur” huwa superviżur, jew persuna li timmonitorja l-kandidati waqt test. Meta jagħmlu test b’inviġilazzjoni mill-bogħod, il-kandidati se jiġu mmonitorjati kontinwament minn inviġilaturi f’ħin reali bl-użu ta’ diversi għodod ta’ monitoraġġ. Il-kandidati jistgħu jikkomunikaw mal-inviġilatur jekk ikollhom mistoqsijiet jew f’każ ta’ emerġenza.

L-eżamijiet huma mmonitorjati kontinwament għal attività jew imġiba suspettuża permezz ta’ reġistrazzjonijiet video u audio.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le