FAQs

Home > FAQs > Complaints > Selezzjoni abbażi tal-kwalifiki (Talent screener)

Selezzjoni abbażi tal-kwalifiki (Talent screener)

X’jiġri jekk niġi aċċettat mill-ġdid wara r-reviżjoni iżda l-kompetizzjoni tkun diġà għaddiet għall-pass li jmiss?

Jekk il-Bord tas-Selezzjoni jaċċettak mill-ġdid wara li tkun saret ir-reviżjoni, inti tidħol mill-ġdid fil-proċess fl-istadju fejn tkun ġejt eskluż, irrispettivament minn fejn tkun waslet sadattant il-kompetizzjoni. 

aktar

Issottomettejt talba għal reviżjoni u ma rċevejtx tweġiba, jeħtieġli nibgħat tfakkira?

Jekk irċevejt konferma tar-riċevuta wara li tkun bgħatt l-ilment inizjali tiegħek, ma għandekx tibgħat tfakkira sakemm ma jkunx għadda tul ta’ żmien sinifikanti minn mindu ktibt. It-tweġibiet għal reviżjoni jistgħu jieħdu diversi ġimgħat biex jitħejjew. Il-Bord tas-Selezzjoni għandu jiltaqa’ biex jiddeċiedi, u hu biss wara li jsir dan li t-tweġibiet ikunu ppreparati u mibgħutin.

aktar

Jiena għandi diżabilità u kelli l-problemi biex naċċessa s-sit web tal-EPSO u/jew matul il-proċedura ta’ selezzjoni tiegħi. Lil min għandi nikkuntattja bl-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħi?

L-aċċessibilità hi importanti ħafna għall-EPSO. Aħna naħdmu b’mod kontinwu biex intejbu l-aċċessibilità tal-proċeduri ta’ komunikazzjoni u selezzjoni tagħna. Madankollu, jekk tiltaqa’ ma’ diffikultajiet marbuta mal-aċċessibilità fil-profil tal-EPSO tiegħek jew fis-sit web tagħna, jekk jogħġbok ikkuntattjana minnufih biex taqsam l-osservazzjonijiet, il-problemi u r-rakkomandazzjonijiet tiegħek. Il-feedback tiegħek hu essenzjali għall-EPSO. Dan jgħinna ntejbu s-servizzi tagħna billi nagħmluhom aktar aċċessibbli għal kulħadd. Għal aktar informazzjoni dwar il-ħidma tal-EPSO biex titjieb l-...

aktar

X’għandi nagħmel jekk inħoss li ġejt ittrattat b’mod inġust matul il-kompetizzjoni minħabba d-differenza/i tiegħi?

L-EPSO jagħti importanza kbira lill-ugwaljanza u d-diversità u jagħmel kull sforz sabiex jirrispetta l-opportunitajiet indaqs, it-trattament ugwali u l-aċċess ugwali għall-applikanti kollha tiegħu. Jekk tħoss li ġejt ittrattat b’mod inġust jew diskriminatorju minħabba waħda mill-karatteristiċi li ġejjin jew aktar: is-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew xi opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni...

aktar

Il-bord ta’ selezzjoni ħares lejn l-applikazzjoni sħiħa tiegħi meta ġie biex jagħtini l-punti fit-talent screener?

Le. Il-Bord ta’ Selezzjoni jagħti l-punti għat-tweġibiet tat-Talent Screener tiegħek ABBAŻI BISS tat-tweġibiet li tipprovdi fit-taqsima tat-Talent Screener tal-applikazzjoni tiegħek.

aktar

Għaliex il-punteġġ tiegħi fit-talent screener kien iktar baxx milli stennejt?

Skont il-każistika rilevanti tal-Qorti l-konvinzjoni personali tiegħek dwar kif il-kwalifiki/l-esperjenza tiegħek kellhom ikunu evalwati hija suġġettiva u ma tistax tissostitwixxi l-valutazzjoni tal-Bord ta’ Selezzjoni. Din ma tikkostitwixxix prova inkonfutabbli ta’ żball manifest imwettaq mill-Bord. Inti responsabbli biex tipprovdi lill-Bord ta’ Selezzjoni bl-informazzjoni kollha li hija meħtieġa biex jivvaluta t-Talent Screener tiegħek, jiġifieri agħti biżżejjed dettalji u wieġeb il-mistoqsijiet kollha. Elementi differenti jistgħu jispjegaw id-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ Selezzjoni dwar l-...

aktar

L-informazzjoni qrajtha u issa tixtieq tressaq ilment?

Iva Le