FAQs

Home > FAQs > EPSO account / application > Applikazzjoni

Applikazzjoni

Għandi nindika l-kwalifiki/diplomi kollha tiegħi fil-formola tal-applikazzjoni tiegħi?

Huwa obbligatorju li int isemmi d-diplomi/il-kwalifiki kollha tiegħek. Il-punt 1 tad- “dikjarazzjoni” fl-applikazzjoni tiegħek jistqarr: “Niddikjara fuq l-unur tiegħi li l-informazzjoni mogħtija f’din l-applikazzjoni hi vera u kompleta.” U kwalunkwe nuqqas ta’ konformità ma’ din id-dispożizzjoni jista’ jeskludik mill-proċedura tal-għażla.

aktar

Kif nista’ nagħti l-permess tiegħi lill-awtoritajiet tal-Istat Membru tiegħi biex joffruli l-assistenza fit-tħejjija tal-proċess tal-għażla u tar-reklutaġġ?

Il-kandidati fil-kompetizzjonijiet tal-EPSO jistgħu jagħżlu li d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom jiġu żvelati lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru tagħhom, biex dawn l-awtoritajiet ikunu jistgħu jikkuntattjawhom b’offerti ta’ appoġġ u assistenza għall-proċess tal-għażla u tar-reklutaġġ (bħal taħriġ, sessjonijiet ta’ informazzjoni, pubblikazzjonijiet, eċċ.). Il-kandidati jagħmlu din l-għażla meta japplikaw għal kompetizzjoni, billi jindikaw il-qbil jew in-nuqqas ta’ qbil tagħhom fit-taqsima rilevanti tal-formola tal-applikazzjoni elettronika tagħhom. Dan il-qbil jew in-nuqqas ta’ qbil...

aktar

Kif nimla l-mistoqsijiet tal-evalwatur tal-kapaċitajiet?

Għal kull mistoqsija, trid twieġeb billi tikklikkja “iva” jew “le”. Jekk twieġeb iva, għandek twieġeb sottomistoqsija. Jekk twieġeb le, jekk jogħġbok mur għall-mistoqsija li jmiss.

aktar

X’tip ta’ mistoqsijiet nista’ nistenna li nsib fl-evalwatur tal-kapaċitajiet?

Issir enfasi fuq l-elementi differenti tal-esperjenza u l-kwalifiki professjonali, li jirriflettu l-ħtiġijiet attwali tar-reklutaġġ tal-istituzzjonijiet. B’mod ġenerali, se tintalab tiddeskrivi l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-esperjenza professjonali tiegħek rilevanti għall-mistoqsija. Tista’ tintalab informazzjoni bħall-isem tal-impjegaturi, id-deskrizzjoni tal-impjiegi, id-dati tal-bidu u tat-tmiem, il-persentaġġ tal-ħin li qattajt fuq kompitu partikulari, eċċ.

aktar

Kemm kandidati se jgħaddu mill-Evalwatur tal-Kapaċitajiet għall-istadju li jmiss?

Jekk jogħġbok ikkonsulta l-Avviż tal-Kompetizzjoni sabiex tara kemm kandidati se jiġu mistiedna għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni. Madankollu l-massimu hu spiss 3 darbiet in-numru tal-kandidati li rnexxew.

aktar

Kemm hu importanti l-punteġġ tiegħi?

Biex tikkwalifika għall-istadju li jmiss jeħtieġlek takkwista punteġġ għoli biżżejjed biex tkun fost il-kandidati fil-quċċata tal-klassifika. 

aktar

Kif jiddeċiedi l-bord ta’ selezzjoni dwar kemm il-punt jagħti lil kull tweġiba fl-evalwatur tal-kapaċitajiet?

Il-bord ta’ selezzjoni adotta kriterji ta’ evalwazzjoni oġġettivi qabel is-selezzjoni u skont l-avviż tal-kompetizzjoni. Għalhekk il-punteġġ jirrifletti l-ġudizzju tal-bord ta’ selezzjoni dwar kemm l-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni tiegħek issodisfat b’mod tajjeb il-kriterji fil-karta ta’ evalwazzjoni.

aktar

Il-bord tas-selezzjoni se jara l-applikazzjoni sħiħa tiegħi waqt li jirreġistra l-punteġġ tal-Evalwatur tal-Kapaċitajiet?

Le, is-selezzjoni abbażi ta’ kwalifiki hi bbażata BISS fuq it-tweġibiet li int ipprovdejt fit-tab tal-Evalwatur tal-Kapaċitajiet. Il-bord tas-selezzjoni mhux se jirreferi għal informazzjoni pprovduta xi mkien ieħor fl-applikazzjoni tiegħek.

aktar

Kif inhu garantit trattament ugwali?

Kriterji ta’ evalwazzjoni oġġettivi huma adottati qabel is-selezzjoni, skont l-avviż tal-kompetizzjoni, u huma applikati b’mod rigoruż għall-kandidati kollha sabiex jiġi żgurat trattament ugwali.

aktar

Min jiġi mistieden għall-istadju li jmiss?

Billi sett ta’ numru ta’ kandidati biss jistgħu jgħaddu għall-istadju li jmiss, huma mistednin biss dawk bl-ogħla punteġġi. Dawn il-kandidati għandhom punteġġ ugwali jew ogħla mil-livell limitu. Lista ta’ kandidati li kellhom suċċess tiġi ppreżentata mill-Bord tas-Selezzjoni f’ordni dixxendenti tal-punteġġ totali miksub.

aktar

Kif inhu definit “il-livell limitu”?

Sabiex jiġi definit il-livell minimu, il-punteġġi tal-kandidati huma klassifikati f’ordni dixxendenti. Imbagħad il-bord jagħżel il-kandidati fil-kategorija għolja li jistgħu jiġu mistednin għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni (ara l-mistoqsija: “kemm se jmorru kandidati mill-Evalwatur tal-Kapaċitajiet għall-istadju li jmiss”). Il-livell minimu hu l-punteġġ tal-aħħar kandidat fil-lista.

aktar

Liema dettall jeħtieġli nipprovdi fl-evalwatur tal-kapaċitajiet u kemm ħin hu meħtieġ biex jimtela?

Warrab ftit tal-ħin biex tiżgura li fl-Evalwatur tal-Kapaċitajiet tipprovdi lill-bord tas-selezzjoni bl-informazzjoni kollha li se jeħtieġ biex jivvaluta t-tweġibiet tiegħek. Agħmilha ċara għall-bord tas-selezzjoni sabiex ikun jista’ jivvaluta jekk int tissodisfax il-kriterji speċifikati għall-profil mixtieq. Bis-saħħa tal-istrutturar tat-tweġibiet tiegħek madwar dawn il-kriterji, se tagħmel l-Evalwatur tal-Kapaċitajiet tiegħek aktar rilevanti u eħfef għall-evalwazzjoni. Agħti attenzjoni partikulari lil dak li hu mitlub u wieġeb b’mod xieraq. Ġeneralment se tkun mitlub li tiddeskrivi l-...

aktar

Kif inhuma ssettjati l-kriterji tal-Evalwatur tal-Kapaċitajiet?

L-għażla tal-kriterji ta’ selezzjoni hi definita abbażi tal-ħiliet meħtieġa għall-impjiegi li jridu jimtlew u l-interessi tas-servizz li qed jirrekluta. Imbagħad il-kriterji ta’ selezzjoni jiġu ppreżentati fl-Evalwatur tal-Kapaċitajiet bħala sensiela ta’ mistoqsijiet.

aktar

Xi jfisser il-“piż” tal-kriterji tal-evalwatur tal-kapaċitajiet?

Il-bord tas-selezzjoni se jassenja lil kull kriterju jew mistoqsija tas-selezzjoni piż li jirrifletti l-importanza tagħhom, minn 1 sa 3.

aktar

Kif jaħdem il-punteġġ tal-evalwatur tal-kapaċitajiet?

Kull waħda mit-tweġibiet tal-kandidat se tingħata bejn 0 u 4 punti.  Il-punti huma multiplikati bil-“piż” u jingħaddu biex jingħata punteġġ. Il-punteġġ jiġi kklassifikat skont il-punteġġi tal-kandidati l-oħrajn biex jiġu identifikati l-profili tal-kandidati li jissodisfaw bl-aħjar mod id-doveri li għandhom jitwettqu.

aktar

X’inhu l-“Evalwatur tal-Kapaċitajiet” u kif jaħdem?

L-Evalwatur tal-Kapaċitajiet hu ddisinjat biex jgħin lill-bordijiet tas-selezzjoni ta’ kompetizzjonijiet għall-profili ta’ speċjalisti jidentifikaw il-kandidati li l-profil tagħhom jikkorrispondi l-aktar mad-doveri u l-kriterji tas-selezzjoni stabbiliti fl-avviż tal-kompetizzjoni. Se jkollok twieġeb sensiela ta’ mistoqsijiet fit-taqsima tal-evalwatur tal-kapaċitajiet tal-formola ta’ applikazzjoni online. Il-mistoqsijiet huma bbażati fuq il-kriterji tas-selezzjoni fl-avviż tal-kompetizzjoni u t-tweġibiet tiegħek se jiġu evalwati mill-bord tas-selezzjoni. Il-kandidati kollha f’kompetizzjoni...

aktar

Għandek xi pariri prattiċi dwar kif timla l-Evalwatur tal-Kapaċitajiet?

L-isforz u l-impenn involuti fil-mili tal-Evalwatur tal-Kapaċitajiet hu importanti ħafna fil-proċess ta’ din il-kompetizzjoni għalhekk jekk jogħġbok ikkunsidra l-gwida li ġejja qabel ma tissottometti l-applikazzjoni tiegħek.

aktar

Ma nistax noħloq, naċċessa u/jew ninnaviga fil-profil tal-EPSO tiegħi bl-għodda ta’ assistenza teknika li nuża minħabba d-diżabilità tiegħi. X’għandi nagħmel?

L-aċċessibilità hi importanti ħafna għall-EPSO. Aħna naħdmu b’mod kontinwu biex intejbu l-aċċessibilità tal-proċeduri ta’ komunikazzjoni u selezzjoni tagħna. Madankollu, jekk tiltaqa’ ma’ diffikultajiet marbuta mal-aċċessibilità fil-profil tal-EPSO tiegħek jew fis-sit web tagħna, jekk jogħġbok ikkuntattjana minnufih biex taqsam l-osservazzjonijiet, il-problemi u r-rakkomandazzjonijiet tiegħek. Għal aktar informazzjoni dwar il-ħidma tal-EPSO biex titjieb l-aċċessibilità, jekk jogħġbok żur is-sit web tagħna iddedikat għall-opportunitajiet indaqs.

aktar

Qed niltaqa’ ma’ problemi fil-formola ta’ applikazzjoni tiegħi. X’għandi nagħmel?

Is-sistemi tal-EPSO jappoġġjaw il-browsers tal-Internet bl-aktar użu komuni. Jekk tiltaqa’ ma’ kwistjonijiet, jekk jogħġbok ikkunsidra li l-ewwel tibdel il-browser qabel ma tikkuntattjana. L-użu tat-tagħmir mobbli biex timla l-formola ta’ applikazzjoni mhux rakkomandat. Evita li tuża l-buttuni “forward” jew “back” tal-browser int u timla l-formola ta’ applikazzjoni u meta tiċċaqlaq bejn forom ta’ applikazzjoni differenti fil-kont tal-EPSO tiegħek (pereżempju biex taċċessa d-dejta mill-applikazzjonijiet preċedenti tiegħek) iżda minflok uża l-buttuni fuq l-iskrin (Lura għall-kont). Għandek...

aktar

Fejn nista’ nsib il-formola ta’ applikazzjoni?

Trid tapplika permezz tas-sit web dwar il-Karrieri tal-UE.  Jekk jogħġbok oħroġ mill-Profil tal-EPSO tiegħek qabel ma tikklikkja “Applika”. Se tintalab terġa’ tilloggja fil-paġna li jmiss.

aktar

Nista’ nuża l-applikazzjoni tiegħi mill-bażi ta' dejta tas-CV onlajn tal-UE jew applikazzjonijiet tal-EPSO preċedenti tiegħi?

Le. Trid toħloq u tibgħat applikazzjoni ġdida permezz tal-profil tiegħek tal-EPSO għal kull proċedura ta' selezzjoni li tixtieq tapplika għaliha.

aktar

Nista’ napplika għal diversi proċessi ta' selezzjoni, profili u/jew gruppi ta’ funzjoni?

Iva, tista’ tapplika għal kwalunkwe proċess ta' selezzjoni li int eliġibbli għalih, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor fl-Avviż/fis-Sejħa. Jekk jogħġbok innota li tista’ tissottometti applikazzjoni waħda għal kull profil u/jew grupp ta’ funzjoni.

aktar

Meta hija l-iskadenza għar-reġistrazzjoni?

L-iskadenza għar-reġistrazzjoni se tkun iddikjarata b’mod ċar fuq kull Avviż/Sejħa u fis-sit web tal-EPSO.

aktar

Għandi nibgħat id-diplomi tiegħi u dokumenti oħra relatati mal-esperjenza professjonali tiegħi?

M’hemm bżonn li tibgħat ebda dokument ta’ sostenn meta tissottometti l-applikazzjoni tiegħek. Int se tintalab tipprovdi l-verżjoni oriġinali tad-dokumenti, id-diplomi u ċ-ċertifikati ta' sostenn tiegħek li jikkonfermaw l-eliġibbiltà tiegħek fi stadju aktar tard tal-proċedura ta' selezzjoni.  

aktar

Fejn nista’ napplika?

Applika onlajn fis-sit web tal-EPSO. Irid ikollok profil tal-EPSO biex tkun tista’ tapplika. Fil-manwal tal-applikazzjoni onlajn se ssib istruzzjonijiet dwar kif toħloq il-profil tal-EPSO tiegħek, jekk għad m’għandekx wieħed.

aktar

Sibt tweġiba?

Iva Le