FAQs

Home > FAQs > Selection/tests > E-tray

E-tray

X’inhu e-tray?

Eżerċizzju e-tray hu simulazzjoni bbażata fuq il-kompjuter ta’ sitwazzjoni reali ta’ xogħol u jirreplika inbox tal-emails li fiha informazzjoni relatata ma’ kwistjoni partikulari. Il-kandidati jeħtieġu jsibu soluzzjonijiet bl-aħjar mod possibbli f'tul ta’ ħin stipulat. L-eżerċizzju jsir bit-tieni lingwa tal-kandidat u hu mfassal sabiex jittestja erba’ kompetenzi: Analiżi u Soluzzjoni tal-Problemi Twassil ta’ Kwalità u Riżultati Prijoritizzazzjoni u Organizzazzjoni Ħidma mal-Oħrajn

aktar

Kemm hu importanti l-punteġġ tiegħi?

Biex tikkwalifika għall-istadju li jmiss jeħtieġlek takkwista punteġġ għoli biżżejjed biex tkun fost il-kandidati fil-quċċata tal-klassifika. 

aktar

Kif inhu garantit trattament ugwali?

Kriterji ta’ evalwazzjoni oġġettivi huma adottati qabel is-selezzjoni, skont l-avviż tal-kompetizzjoni, u huma applikati b’mod rigoruż għall-kandidati kollha sabiex jiġi żgurat trattament ugwali.

aktar

Min jiġi mistieden għall-istadju li jmiss?

Billi sett ta’ numru ta’ kandidati biss jistgħu jgħaddu għall-istadju li jmiss, huma mistednin biss dawk bl-ogħla punteġġi. Dawn il-kandidati għandhom punteġġ ugwali jew ogħla mil-livell limitu. Lista ta’ kandidati li kellhom suċċess tiġi ppreżentata mill-Bord tas-Selezzjoni f’ordni dixxendenti tal-punteġġ totali miksub.

aktar

Kif inhu definit “il-livell limitu”?

Sabiex jiġi definit il-livell minimu, il-punteġġi tal-kandidati huma klassifikati f’ordni dixxendenti. Imbagħad il-bord jagħżel il-kandidati fil-kategorija għolja li jistgħu jiġu mistednin għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni (ara l-mistoqsija: “kemm se jmorru kandidati mill-Evalwatur tal-Kapaċitajiet għall-istadju li jmiss”). Il-livell minimu hu l-punteġġ tal-aħħar kandidat fil-lista.

aktar

Nista’ niskeda mill-ġdid studju tal-każ, test bil-miktub fil-qasam, test tal-e-tray jew test tat-traduzzjoni?

Ma tistax tiskeda mill-ġdid id-data/il-ħin tal-appuntament tiegħek tal-istudju tal-każ, it-test bil-miktub fil-qasam, it-test e-tray jew it-test tat-traduzzjoni.

aktar

Liema tastiera se nuża waqt it-testijiet tiegħi bil-kompjuter?

Għat-testijiet b’mistoqsijiet b’għażla multipla (MCQ) (li jinkludu testijiet tal-e-tray), il-kandidati ma għandhomx bżonn tastiera. Għall-istudju tal-każ u t-test bil-miktub fil-qasam, se tkun allokat/a, b’mod awtomatiku, tastiera li tikkorrispondi għat-tieni lingwa tiegħek. Fl-ittra tal-istedina, inti se tintalab biex tivverifika u – jekk ikun meħtieġ - tibdel l-għażla tat-tastiera.

aktar

X’għandi nagħmel jekk niltaqa’ ma’ xi problema teknika jew organizzazzjonali f’ċentru tal-ittestjar li tista' taffettwa l-prestazzjoni/it-test tiegħi?

Jekk tinqala’ xi problema, jekk jogħġbok kun ċert li: tiġbed l-attenzjoni tal-inviġilatur biex isolvi l-kwistjoni u titlob li l-inċident jiġi reġistrat bil-miktub, U tinnotifika bil-miktub lill-EPSO fi żmien 3 ijiem permezz tal-formola ta’ kuntatt online b’deskrizzjoni qasira tal-problema li ltqajt magħha.

aktar

L-ispejjeż tal-ivvjaġġar għat-testijiet huma rimborżabbli?

L-EPSO ma jikkontribwixxi għall-ebda spiża tal-ivvjaġġar imġarrba mill-parteċipazzjoni tiegħek fi kwalunkwe test ibbażat fuq il-kompjuter jew test preliminari/intermedju (jiġifieri t-testijiet b’mistoqsijiet b'għażla multipla, it-test e-tray u t-testijiet tat-traduzzjoni). Il-kandidati mistiedna għall-istudju tal-każ jew għal test bil-miktub fil-qasam, u b’indirizz ta’ residenza f’pajjiż barra l-UE huma intitolati li jitolbu kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tagħhom jekk it-testijiet huma parti miċ-ċentru ta’ evalwazzjoni (jekk jogħġbok irreferi għall-avviż tal-kompetizzjoni...

aktar

X’inhuma l-istruzzjonijiet biex tagħmel it-testijiet bil-kompjuter?

Jekk jogħġbok iċċekkja l-Avviż ta’ Kompetizzjoni jew is-Sejħa għal Espressjoni ta’ Interess tal-proċedura tas-selezzjoni tiegħek għan-numru ta’ mistoqsijiet, it-tul ta’ żmien u l-marki minimi meħtieġa għat-testijiet. Wasla fiċ-ċentru tal-ittestjar: L-indirizz taċ-ċentru tal-ittestjar qiegħed imniżżel fil-link fl-ittra ta’ konferma tal-ibbukkjar tiegħek. Tista’ ssib din il-konferma fil-kont tal-EPSO tiegħek meta tkun irreġistrajt għat-testijiet. Trid tasal mill-anqas 30 minuta qabel l-appuntament tiegħek. Id-disponibbiltà mhix garantita jekk tasal tard jew jekk titlef l-appuntament tiegħek....

aktar

X’inhuma r-regoli ta’ kondotta fiċ-ċentri tal-ittestjar bil-kompjuter?

Kull min ma jirrispettax dawn ir-regoli ta’ kondotta jista’ jiġi eskluż miċ-ċentru tal-ittestjar u mill-bqija tal-proċedura ta’ selezzjoni: Għandek issegwi r-Regolamenti taċ-Ċentru tat-Testijiet Prometric (disponibbli wkoll fiċ-ċentru tat-testijiet fil-jum tat-testijiet) u l-istruzzjonijiet kollha mogħtija mill-persunal taċ-ċentru tat-testijiet. Kull sessjoni tat-test hija mmonitorjata u jittieħed filmat tagħha. Sabiex jiġi żgurat ambjent tal-ittestjar sigur, l-inviġilaturi jwettqu monitoraġġ fiżiku regolari fil-ħin li l-kandidati qed jagħmlu t-testijiet. L-ikel u x-xorb huma permessi biss...

aktar

Kif nista’ nibbukkja t-testijiet bil-kompjuter tiegħi?

Inti se tiġi mgħarraf bid-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu biex tkun tista’ tibbukkja permezz tal-kont tal-EPSO tiegħek/is-sit web tal-EPSO. Se tiġi attivata link għas-sistema ta’ bbukkjar tal-kuntrattur fil-kont tal-EPSO tiegħek biss matul dan il-perjodu tal-ibbukkjar. Se tkun tista’ tagħżel id-data, il-ħin, il-pajjiż u ċ-ċentru tal-ittestjar skont id-disponibbiltà. Jekk jogħġbok kun af li mhux iċ-ċentri tal-ittestjar kollha se juru disponibilità fil-ħinijiet kollha. L-ippjanar ta’ kapaċità fiċ-ċentri tal-ittestjar differenti hu bbażat fuq il-ħinijiet ta’ ftuħ ta’ kull ċentru tal-...

aktar

X’jiġri wara li nkun ibbukkjajt it-testijiet tiegħi?

Eżatt wara li tibbukkja tirċievi email ta’ konferma mingħand Prometric. Iċċekkja l-filtru tiegħek kontra l-ispam u l-posta junk jekk ma tirċevix dan il-messaġġ. Il-kodiċi tal-eżami indikat fl-email ta’ konferma għat-testijiet MCQ u l-e-tray jikkorrispondi għat-tieni lingwa tiegħek, b’mod partikolari għal-lingwa għall-istruzzjonijiet fl-ambjent tal-ittestjar. Għall-istudju tal-każ, it-test bil-miktub fil-qasam u t-testijiet tat-traduzzjoni dan il-kodiċi jikkorrispondi wkoll għall-informazzjoni addizzjonali dwar il-lingwa tat-test u l-keyboard.

aktar

Lil min għandi nikkuntattja jekk niltaqa’ ma’ problemi tekniċi meta nibbukkja t-testijiet bil-kompjuter tiegħi?

Jekk tiltaqa’ ma’ xi problemi tekniċi meta tkun qed tibbukkja, tiskeda mill-ġdid jew tikkanċella t-testijiet tiegħek ibbażati fuq il-kompjuter, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Prometric direttament: Permezz tal-email: epso_en@prometric.com Bit-telefown (mingħajr ħlas): L-Awstrija 0800 201 768 Il-Belġju 0800 80293 Il-Bulgarija 00800 1104423 Il-Kroazja

aktar

Sibt tweġiba?

Iva Le