Eleġibbli biex napplika?
Trid tkun taf jekk intix eliġibbli biex tapplika għal karriera mal-UE? Hawnhekk se ssib liema huma l-kriterji minimi ta’ eleġibbiltà biex tapplika għal pożizzjoni mal-UE. Nispjegaw ukoll ir-rekwiżiti lingwistiċi bażiċi biex tapplika għal xogħol mal-UE.
Biex tkun eliġibbli biex tapplika għal kompetizzjoni miftuħa jew proċedura ta' selezzjoni:
-
trid tkun ċittadin ta' pajjiż tal-UE
-
trid tkun intitolat għad-drittijiet kollha bħala ċittadin tal-UE
-
trid tkun wettaqt kull obbligu impost fuqek mil-liġijiet dwar is-servizz militari f’pajjiżek
-
ikollok għarfien sħiħ ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE (Livell C1) u għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa oħra (Livell B2) uffiċjali tal-UE
-
għall-kompetizzjonijiet tal-lingwa, irid ikollok għarfien perfett ta' lingwa uffiċjali tal-UE (Livell C2) u għarfien tajjeb ta' żewġ lingwi oħra (Livell C1) uffiċjali tal-UE.
Ara hawn taħt għal aktar dettalji.
|
Għandek ukoll tissodisfa kwalunkwe rekwiżit speċifiku mniżżel fl-avviż ta' kompetizzjoni jew fis-sejħa għal espressjoni ta' interess rilevanti, fir-rigward tal-kwalifiki u l-esperjenza professjonali. Jekk jogħġbok ara l-linji gwida dwar l-esperjenza professjonali (bl-Ingliż) u eżempji ta' tipi ta' kwalifiki aċċettati
.
Ir-rekwiżiti edukattivi minimi jvarjaw skont il-pożizzjoni.
Ġeneralment:
- il-pożizzjonijiet kollha min mhux gradwat (grupp ta’ funzjoni I, appoġġ manwali u amministrattiv; livell ta’ assistent/gruppi ta’ funzjoni II – klerikali/segretarjali/maniġment tal-uffiċċju, grupp ta’ funzjoni III - amministrattiv/konsultattiv/ lingwistku/tekniku) jirrikjedu (tal-inqas) li tkun lestejt l-edukazzjoni sekondarja
- il-pożizzjonijiet kollha għall-gradwati (livell ta' amministratur/grupp ta' funzjoni IV) jirrikjedu li tkun lestejt edukazzjoni universitarja (ta' tliet snin).
F’ċerti każijiet taf tkun meħtieġa esperjenza ta' xogħol rilevanti.
M'hemmx limitu ta' età. Madankollu l-uffiċjali jirtiraw awtomatikamet ta' 65 sena. Għal aktar dettalji, aqra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-UE.