Header

Testijiet kampjun

Dak kollu li għandek tkun taf dwar it-testijiet tagħna

Bħala parti mill-proċedura ta’ selezzjoni għal kull kompetizzjoni miftuħa ppubblikata fuq is-sit web tal-EPSO, il-kandidati se jkunu mistennija jagħmlu serje ta’ testijiet li jivvalutaw il-ħiliet u l-kompetenzi ġenerali u professjonali tagħhom. Il-maġġoranza tal-kandidati se jintalbu jagħmlu l-ewwel sensiela ta’ testijiet ibbażati fuq il-kompjuter b’għażla multipla. Jekk ikunu qed japplikaw għal rwoli speċjalisti, fil-proċedura ta’ selezzjoni inizjali jistgħu jiġu ġġudikati fuq il-kwalifiki biss.

Il-kandidati li jgħaddu mit-testijiet ibbażati fuq il-kompjuter b'għażla multipla u/jew fis-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki, u li l-formoli ta’ applikazzjoni online tagħhom juru li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi ta’ eliġibbiltà kollha tal-kompetizzjoni tagħhom, jiġu mistiedna għaċ-ċentru ta’ evalwazzjoni.

Iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni normalment isir fi Brussell jew il-Lussemburgu, u jista’ jsir matul jum wieħed jew aktar. Fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jiġu ttestjati l-kompetenzi ġenerali tal-kandidati u l-kompetenzi speċifiċi tagħhom relatati mad-dmirijiet/mal-oqsma relatati inkwistjoni.

Fil-paġni li ġejjin issib testijiet kampjun għal dawn iż-żewġ sensiliet ta’ testijiet. Dawn jagħtu idea lill-kandidati dwar it-tip ta’ mistoqsijiet li jistgħu jiffaċċjaw. Jekk jogħġbok innota li l-għadd u t-tip ta’ testijiet li jagħmlu l-kandidati jvarjaw skont it-tip u l-livell tal-kompetizzjoni li japplikaw għaliha. Għad-dettalji dwar it-testijiet inklużi fi proċedura ta’ selezzjoni speċifika, jekk jogħġbok ara s-Sejħa għall-Kompetizzjoni (jew is-Sejħa għal Espressjoni ta’ Interess).

L-EPSO ma jipprovdi ebda kors preparatorju jew materjal apparti minn dawn it-testijiet kampjun u lanqas ma japprova xi pubblikazzjoni jew kors ta’ taħriġ ta’ organizzazzjonijiet oħra.

Xi stati membri tal-UE joffru taħriġ u appoġġ għaċ-ċittadini tal-UE, permezz ta’ dawn il-kuntatti jew permezz tar-Rappreżentanza Permanenti għall-UE tagħhom.

 

Assistenti (AST-SC)

  • Testijiet online: Testijiet tal-ħiliet tar-raġunament (verbali, numeriċi u astratti) u Testijiet tal-ħiliet professjonali (“Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni” u “Litteriżmu tal-IT bażiku”)
  • E-tray: Simulazzjoni bbażata fuq il-kompjuter ta’ sitwazzjoni reali ta’ xogħol u jirreplika inbox tal-emails li fiha informazzjoni relatata ma’ kwistjoni partikolari. 
  • Testijiet tal-komprensjoni tal-lingwa: Ingliż, Franċiż, Ġermaniż
  • Test tal-ħiliet finanzjarji: Ingliż, Franċiż, Ġermaniż
  • Akkuratezza u preċiżjoni: IngliżFranċiżĠermaniż
     
  • Test tal-ħiliet ta’ Microsoft Office Dan it-test se jivvaluta l-ħiliet tiegħek fil-preparazzjoni u/jew l-ipproċessar ta’ dokumenti MS Word u Excel (MS Office Verżjoni: Windows 7 – MS Office 2010). It-test se jdum 60 minuta.
     
  • Test tal-ħiliet tal-abbozzar:
    Dan it-test prattiku hu mfassal biex jivvaluta l-ħiliet ta’ abbozzar tal-kandidati (partikolarment l-ortografija, il-lessiku u l-grammatika) fil-lingwa 2 tagħhom, mhux l-għarfien tagħhom tas-suġġett fil-komponiment tagħhom.
    Il-kandidati se jingħataw lista ta’ suġġetti differenti, li minnha jridu jagħżlu suġġett wieħed biss. Se jintalbu jabbozzaw komponiment dwar is-suġġett magħżul.
    It-test se jsir fuq il-kompjuter u se jdum 30 minuta.
     
  • Logħob ta’ Rwol:
    Il-kandidat jirċievi struzzjonijiet bil-miktub eżattament qabel il-logħba. Fl-istruzzjonijiet (madwar 5-10 minuti ta’ preparazzjoni), il-kandidat jiġi mistieden jipprepara laqgħa ma’ “klijent”. Il-kandidat jeħtieġlu jilgħab ir-rwol tal-impjieg li japplika għalih. Ir-rwol tal-“klijent” jiġi spjegat ukoll, u tiġi deskritta problema.
    Il-logħob ta’ rwol innifsu jdum madwar 15-il minuta u jippermetti l-ittestjar ta’ diversi kompetenzi ġenerali. Jikkonsisti f’laqgħa mal-“klijent” dwar il-problema. Il-“klijent”, membru tal-persunal imħarreġ, jipprovdi informazzjoni addizzjonali matul il-laqgħa, skont skript semistrutturat. Il-laqgħa ssir fil-preżenza ta’ żewġ membri tal-Bord ta’ Selezzjoni. Il-membri tal-Bord ta’ Selezzjoni ma jintervjenux u jieħdu biss in-noti. Fi tmiem l-eżerċizzju, il-punteġġ isir mill-membri tal-Bord ta’ Selezzjoni. 
     
  • It-test relatat mal-qasam:
    It-test relatat mal-qasam jinkludi serje ta’ mistoqsijiet b’għażla multipla (MCQ) li għandhom l-għan li jittestjaw il-kompetenza inerenti għall-kompiti meħtieġa mill-profil speċifiku. Kull mistoqsija hi bbażata fuq xenarju bil-kitba marbut ma’ erba’ opzjonijiet ta’ tweġiba differenti. Waħda minnhom biss hi tajba. Fl-avviż ta’ kompetizzjoni u fl-ittra ta’ stedina hemm indikata aktar informazzjoni.

 

Assistenti (AST)

  • Test tal-editjar:
    It-test tal-editjar hu dwar il-korrezzjoni ta’ żbalji lingwistiċi (in-numerazzjoni, il-punteġġatura, il-grammatika/l-ortografija u l-vokabolarju) u l-ifformattjar tal-iżbalji fi traduzzjoni.
    It-test sors bil-Lingwa 2 jiġi pprovdut fuq l-iskrin. Tingħata traduzzjoni ta’ dan it-test fil-Lingwa 1, f’fajl MS Word (MS Office 2010) li tista’ teditjah, u jkun fih żbalji fil-lingwa u fil-format meta mqabbel mat-test sors. Il-kandidat jintalab isib u jikkoreġi dawn l-iżbalji, biex it-test tradott ikun jaqbel mat-test sors.
    Dawn it-testijiet idumu madwar siegħa.
     
  • It-tfassil ta’ nota relatata mad-dmirijiet/It-test bil-miktub fil-qasam:
    It-test tfassal biex jevalwa xi kompetenzi marbuta mad-dmirijiet meħtieġa għal profil partikolari. Tingħata sitwazzjoni speċifika fil-forma ta’ informazzjoni qasira bil-miktub, u l-kandidati jintalbu jfasslu nota li tinkludi l-modi kif tindirizza din is-sitwazzjoni. It-test isir fuq il-kompjuter u l-kandidati għandhom jagħmluh bit-tieni lingwa tagħhom. Il-marka minima meħtieġa hija indikata fis-Sejħa għall-Kompetizzjoni.
     
  • Intervista bbażata fuq il-kompetenzi speċifiċi/Intervisa relatata mal-qasam:
    It-test tfassal biex jevalwa l-kompetenzi kollha jew uħud minnhom (ara s-Sejħa għall-Kompetizzjoni) marbuta mad-dmirijiet meħtieġa għal profil speċifiku. Din hi intervista strutturata minn żewġ membri tal-Bord tas-Selezzjoni. L-intervista ssir bit-tieni lingwa tal-kandidati. Il-marka minima meħtieġa hija indikata fis-Sejħa għall-kompetizzjoni. L-intervista bbażata fuq il-kompetenzi speċifiċi/l-intervista relatata mal-qasam m’għandhiex titħallat mal-intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali li hija strutturata wkoll iżda li tiffoka fuq il-kompetenzi ġenerali minflok id-dmirijiet speċifiċi. 

 

Amministraturi (AD-Ġeneralisti)

  • Testijiet tal-ħiliet ta’ raġunament: testijiet interattivi verbali, numeriċi, astratti u ta’ ġudizzju sitwazzjonali
  • Mistoqsijiet kampjun tat-test tal-ġudizzju sitwazzjonali: IngliżFranċiżĠermaniż u eżempju tal-punteġġ
  • E-traySimulazzjoni bbażata fuq il-kompjuter ta’ sitwazzjoni reali ta’ xogħol u jirreplika inbox tal-emails li fiha informazzjoni relatata ma’ kwistjoni partikolari.  
  • Eżerċizzju fi grupp: IngliżFranċiżĠermaniż
  • Preżentazzjoni orali: IngliżFranċiżĠermaniż
  • Studju ta' Każ: IngliżFranċiżĠermaniż
     
  • Intervista motivazzjonali:
    Il-motivazzjoni biex tissieħeb mal-Istituzzjonijiet tal-UE għandha ħafna faċċati u tinvolvi diversi elementi: l-oriġini ta’ interess biex taħdem għall-UE, is-sensibilizzazzjoni dwar il-valuri tal-UE u l-impenn għalihom, il-fehim tal-isfidi preżenti u futuri tal-UE, l-aspettattivi rigward karriera mal-UE, l-għarfien dwar l-UE u l-oriġini tagħha, tal-istituzzjonijiet tal-UE u ta’ politiki ewlenin tal-UE.
    Abbażi ta’ dan, ġiet żviluppata intervista motivazzjonali li tikkonsisti f’intervista strutturata ta’ 20 minuta minn żewġ membri tal-UE Board ta’ Selezzjoni. L-intervista motivazzjonali se tittestja kull wieħed mill-elementi ta’ hawn fuq.

 

Amministraturi (AD – Speċjalisti)

  • Testijiet tal-ħiliet ta’ raġunament: testijiet interattivi verbali, numeriċi, astratti u ta’ ġudizzju sitwazzjonali
  • Mistoqsijiet kampjun tat-test tal-ġudizzju sitwazzjonali: IngliżFranċiżĠermaniż u eżempju tal-punteġġ
  • E-traySimulazzjoni bbażata fuq il-kompjuter ta’ sitwazzjoni reali ta’ xogħol u jirreplika inbox tal-emails li fiha informazzjoni relatata ma’ kwistjoni partikolari. 
  • Eżerċizzju fi grupp: IngliżFranċiżĠermaniż
  • Preżentazzjoni orali: IngliżFranċiżĠermaniż
  • Studju ta' Każ: IngliżFranċiżĠermaniż
     
  • Intervista bbażata fuq il-kompetenzi speċifiċi/Intervista relatata mal-qasam: 
    Dan it-test tfassal biex jevalwa l-kompetenzi kollha jew xi wħud minnhom (ara s-Sejħa għall-kompetizzjoni) marbuta mid-dmirijiet meħtieġa għal profil speċifiku. Din hi intervista strutturata minn żewġ membri tal-Bord tas-Selezzjoni. L-intervista ssir bit-tieni lingwa tal-kandidati. Il-marka minima meħtieġa hija indikata fis-Sejħa għall-kompetizzjoni. L-intervista bbażata fuq il-kompetenzi speċifiċi/l-intervista relatata mal-qasam m’għandhiex titħallat mal-intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali li hija strutturata wkoll iżda li tiffoka fuq il-kompetenzi ġenerali minflok id-dmirijiet speċifiċi.
     
  • L-abbozzar ta’ nota relatata mad-dmirijiet/It-test bil-miktub dwar il-qasam: 
    It-test tfassal biex jevalwa wħud mill-kompetenzi marbuta mad-dmirijiet meħtieġa għal profil partikolari. Qed tiġi pprovduta sitwazzjoni speċifika f’forma ta’ informazzjoni qasira bil-miktub, u l-kandidati qed jintalbu jiktbu dwar il-modi kif tista’ tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni. It-test isir fuq il-kompjuter u l-kandidati għandhom jagħmluh bit-tieni lingwa tagħhom. Il-marka minima meħtieġa hija indikata fis-Sejħa għall-Kompetizzjoni.

 

Avukati-lingwisti (AD)

 

Tradutturi (AD)

  • Testijiet tal-ħiliet ta’ raġunament: testijiet interattivi verbali, numeriċi u astratti
  • Testijiet tat-traduzzjoni
  • Testijiet tal-komprensjoni tal-lingwaIngliż, Franċiż, Ġermaniż
  • Eżerċizzju fi grupp: IngliżFranċiżĠermaniż
  • Preżentazzjoni orali: IngliżFranċiżĠermaniż
     
  • Test tal-ħiliet tal-lingwa prinċipali: kampjun
    It-test tal-ħiliet tal-lingwa principali hu test pilota. Fl-2017 mhuwiex test eliminatorju u l-marki li jġibu l-kandidati mhux se jitqiesu għall-kompetizzjoni. Ir-riżultati se jiġu pproċessati fuq bażi anonima għal finijiet analitiċi biss biex din l-informazzjoni tintuża għall-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet futuri.
    It-test tal-ħiliet tal-lingwa prinċipali hu test b’għażla multipla ta’ 25 mistoqsija indipendenti. Kull mistoqsija fiha 4 għażliet, li minnhom waħda biss (A, B, C jew D) hija tajba. Il-kandidati għandhom 25 minuta biex jispiċċaw it-test. Il-mistoqsijiet jistgħu jkollhom kwalunkwe waħda minn dawn il-kompetenzi fil-mira: grammatika, vokabularju, użu idjomatiku, ortografija u punteġġjatura.

 

Interpreti (AD)

 

Aġenti Kuntrattwali

  • Testijiet tal-ħiliet ta’ raġunament:
    Għal FG I, jekk jogħġbok irreferi għat-Taqsima tal-Assistenti (AST-SC).
    Għal FG II, jekk jogħġbok irreferi għat-Taqsima tal-Assistenti (AST-SC).
    Għal FG III, jekk jogħġbok irreferi għat-Taqsima tal-Assistenti (AST).
    Għal FG IV jekk jogħġbok irreferi għat-taqsima tal-Amministraturi (AD - Ġeneralisti).
     
  • Test ibbażat fuq il-kompetenza: dan hu test b'mistoqsijiet b’għażla multipla li jevalwa l-għarfien tiegħek fil-qasam ta’ profil speċifiku. Ara s-sejħa għall-espressjoni ta’ interess għad-dettalji.

    CAST Permanent (EPSO/CAST/P1-P17/2017 - EPSO/CAST/P19/P20/2018 - EPSO/CAST/P21/P22/2019): it-test ta’ kompetenza għall-aġenti kuntrattwali jinkludi serje ta’ 25 mistoqsija b’għażla multipla li għandhom l-għan li jittestjaw il-kompetenza inerenti għall-kompiti meħtieġa mill-profil speċifiku. Il-mistoqsijiet fit-testijiet ta’ kompetenza huma relatati mad-dmirijiet deskritti f’din is-Sejħa għal Espressjoni ta’ Interess. Ma jkunux fil-qasam speċifiku ta’ xi istituzzjoni/aġenzija/servizz. Kull mistoqsija hi bbażata fuq xenarju marbut ma’ erba’ opzjonijiet ta’ tweġiba differenti. Waħda minnhom biss hi tajba.  Kull mistoqsija tiswa punt u t-tweġibiet ħżiena ma jiġux ippenalizzati. Il-kandidati għandhom 50 minuta b’kollox biex iwieġbu l-25 mistoqsija b’għażla multipla.  Għalkemm il-fattur tal-ħin hu parti wkoll mill-valutazzjoni, it-testijiet għandhom l-għan li jippermettu lill-kandidati li jwieġbu l-mistoqsijiet kollha fil-ħin allokat. It-testijiet ta’ kompetenza se jsiru bit-tieni lingwa. Kemm dawk tal-grupp II kif ukoll tal-grupp III jridu jġibu 13-il punt minn 25 biex jgħaddu, filwaqt li l-kandidati tal-grupp ta’ funzjoni IV jridu jġibu 16-il punt minn 25 biex jgħaddu.

Ara t-test kampjun tagħna għall-profil tal-Finanzi: mistoqsijiet dwar il-proċeduri finanzjarji, il-ġestjoni finanzjarja, l-analiżi u l-konsulenza (awditjar u kontrolli), li jistgħu jkopru wkoll teoriji u għodda ekonomiċi biex jiġu mmonitorjati u analizzati x-xejriet, l-iżviluppi u d-data ekonomiċi u finanzjarji.
Ara t-test kampjun tagħna għall-profil tal-Maniġment ta’ Proġett / Programm: kwistjonijiet dwar għarfien ta’ ġestjoni ta’ progetti/programmi (ippjanar, monitoraġġ, evalwazzjoni, eċċ) li jkopru wkoll aspetti rilevanti finanzjarji, il-komunikazzjoni u l-assigurazzjoni tal-kwalità.
Ara t-test kampjun tagħna għall-profil tas-Segretarji/Skrivani: mistoqsijiet dwar firxa ta’ kompiti segretarjali/dmirijiet klerikali bħalma huma l-organizzazzjoni ta’ laqgħat, il-preparazzjoni ta’ missjonijiet, il-filing ta’ dokumenti u l-posta, l-għażla tal-posta, iż-żamma tad-djarji tal-appuntamenti, eċċ. Jiġi ttestjat ukoll l-għarfien bażiku tal-prodotti tas-softwer tal-MS Office.
Ara t-test kampjun tagħna għall-profil tal-Amministrazzjoni / Riżorsi Umani: mistoqsijiet fil-biċċa l-kbira relatati mal-maniġment tal-persunal u t-taħriġ professjonali.
Ara t-test kampjun tagħna għall-profil tal-Komunikazzjoni: mistoqsijiet dwar għodod prattiċi bħalma huma, izda mhux limitati għal, briefings, skedi informattivi, komunikazzjoni online, midja soċjali kif ukoll aspetti pertinenti mal-ġestjoni tal-proġetti relatati ma’ pereżempju definizzjoni/implimentazzjoni/eżekuzzjoni ta’ strateġiji ta’ komunikazzjoni.
Ara t-test kampjun tagħna għall-profil tal-Affarijiet Politiċi / Politiki tal-UE: mistoqsijiet dwar għarfien fl-oqsma politiċi, kemm ġenerali kif ukoll fil-livell tal-UE, iżda li jistgħu jkopru wkoll suġġetti legali u ekonomiċi.
Ara t-test kampjun tagħna għall-profil tal-Liġi: mistoqsijiet ta’ għarfien dwar il-liġi tal-UE, nazzjonali u internazzjonali li jistgħu jkopru wkoll suġġetti politiċi u ekonomiċi.
Ara t-test kampjun tagħna għall-profil tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT): mistoqsijiet dwar varjetà ta’ suġġetti relatati mal-ICT bħalma huma, iżda mhux limitati għal, l-użu ta’ lingwi tal-ipprogrammar bħalma huma JAVA, Visual Basic, Visual C#, eċċ, amministrazzjoni tal-ambjent tal-utent (pereż. Windows u Unix) u ġestjoni tan-network u t-telekomunikazzjonijiet.
Ara t-test kampjun tagħna għall-profil tal-Persunal għall-kura tat-tfal: mistoqsijiet dwar il-kura tat-tfal fil-faċilitajiet ta’ wara l-iskola u ta’ barra (tfal ta’ bejn it-3.5 u l-14-il sena), it-tagħlim fil-kindergarten u n-nursery/infermieri u x-xogħol tal-kura tat-tfal tal-età bejn 0 u 3 snin fil-crèches.
Ara t-test kampjun tagħna għall-profil tal-Psikologi Edukattivi: mistoqsijiet li jkopru aspetti differenti bħall-koordinazzjoni tax-xogħol f’nursery jew f’ċentru ta’ wara l-iskola u l-persunal tiegħu, il-kwalità tal-ħajja tat-tfal u l-interazzjoni mal-ġenituri, l-iżvilupp u l-monitoraġġ tad-dikjarazzjoni tal-missjoni edukattiva (inkluż it-taħriġ).

CAST Permanent (EPSO/CAST/P18/2017 - Ħaddiema ta’ xogħol manwali jew ta’ appoġġ amministrattiv): M’hemm ebda test ta’ kompetenza għal dan il-profil.

Dawn it-testijiet kollha jsiru fuq il-kompjuter u tagħmilhom kollha fl-istess ħin f’ċentru tat-testijiet tal-għażla tiegħek (tista’ tagħżlu minn dawk disponibbli). Il-lista ta’ ċentri disponibbli se tkun aċċessibbli għall-kandidati fl-ittra ta’ stedina tagħhom.

Glossarju ta' termini

Test tar-raġunament astratt :

jivvaluta l-kapaċità tal-kandidati li jaħsbu b’mod loġiku u jifhmu r-relazzjonijiet bejn il-kunċetti li ma jinvolvu l-ebda element lingwistiku, spazjali jew numeriku

Studju ta' każ :

ġeneralment dan ikun test ibbażat fuq il-kompjuter abbażi ta’ xenarju rilevanti, li fih il-kandidati huma ffaċċjati b’diversi problemi li jintalbu jsolvu jew li jkunu jridu jirreaġixxu għalihom, billi jibbażaw biss fuq il-materjal ipprovdut

E-tray :

test ibbażat fuq il-kompjuter li fih il-kandidati jintalbu jwieġbu serje ta’ mistoqsijiet bl-użu tad-dokumentazzjoni pprovduta f’inbox tal-email

Eżerċizzju fi grupp :

wara li jassorbu ċertu ammont ta’ informazzjoni waħedhom, il-kandidati jitqiegħdu fi grupp ma’ numru ta’ parteċipanti oħra biex jiddiskutu l-konklużjonijiet tagħhom u jaslu għal deċiżjoni kollettiva

Test tar-raġunament numeriku :

jivvaluta l-kapaċità tal-kandidati li jaħsbu b’mod loġiku u jifhmu l-informazzjoni numerika

Preżentazzjoni orali :

test individwali ta’ analiżi u ta’ preżentazzjoni li fih il-kandidati jintalbu jħejju proposta dwar problema immaġinarja marbuta ma’ sitwazzjoni tax-xogħol. Wara analiżi tad-dokumentazzjoni mogħtija, il-kandidati jridu jippreżentaw l-ideat tagħhom lil grupp żgħir ta’ nies

Test ta’ valutazzjoni sitwazzjonali :

jivvaluta l-imġiba tipika ta’ kandidat f’kuntest tax-xogħol

Test tar-raġunament verbali :

jivvaluta l-kapaċità tal-kandidati li jaħsbu b’mod loġiku u jifhmu l-informazzjoni verbali