Speċjalisti fl-arkivistika/fil-ġestjoni tar-rekords

Paġna ewlenija > Speċjalisti fl-arkivistika/fil-ġestjoni tar-rekords

Int speċjalist fl-arkivistika/fil-ġestjoni tar-rekords? L-istituzzjonijiet Ewropej qed ifittxu amministraturi u assistenti biex jaħdmu fuq rekords, arkivji u l-ġestjoni tal-informazzjoni.

Bħala amministratur, se tkun prinċipalment qed taħdem fuq l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta’ politiki u strateġiji, inklużi l-qbid, is-selezzjoni u ż-żamma, il-preżervazzjoni diġitali, il-ġestjoni tal-kontenut u s-sejba tal-informazzjoni. Inti se tiżgura li l-Istituzzjonijiet jimmaniġġjaw l-arkivji, l-informazzjoni u d-dokumenti tagħhom f’konformità mal-qafas legali applikabbli.

Bħala assistent, inti se tiġbor, tissortja u tindiċja, tikklassifika u tippreżerva d-dokumenti, tikteb deskrizzjonijiet storiċi kuntestwali taż-żamma, iddaħħal ir-referenzi tad-dokumenti tal-fajls f’Sistemi ta’ Ġestjoni tad-Dokumenti Elettroniċi, tipprovdi appoġġ għall-ġestjoni tar-rekords u l-arkivji lill-kollegi u tassisti klijenti interni u esterni biex isibu u jiksbu informazzjoni u dokumenti.

Ir-rispett għad-diversità kulturali u l-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs huma prinċipji fundamentali tal-UE u l-Uffiċċju għas-Selezzjoni tal-Persunal jagħmel l-almu tiegħu biex japplika opportunitajiet, trattament u aċċess indaqs għall-kandidati kollha. Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar il-politika tagħna ta’ opportunitajiet indaqs u kif għandek tagħmel biex titlob aġġustamenti speċjali għall-eżamijiet ta’ selezzjoni fuq il-paġna ddedikata tagħna.

Titlifx din l-opportunità ta’ karriera mill-aqwa – ir-reġistrazzjoni tiftaħ fit-13 ta’ Settembru 2018!

 

Għandek dak li hu meħtieġ?

Għandek tkun ċittadin tal-UE u jkollok għarfien tal-anqas ta’ żewġ lingwi uffiċjali tal-UE, li waħda minnhom għandha tkun l-Ingliż jew il-Franċiż.

Biex tapplika bħala amministratur, jeħtieġlek diploma mill-università tal-anqas ta’ 3 snin li minnha sentejn għandhom ikunu fl-istudji jew fit-taħriġ fl-arkivji, il-ġestjoni tal-informazzjoni/tal-għarfien jew il-ġestjoni tar-rekords jew id-diploma tiegħek għandha tkun akkumpanjata b’diploma fl-arkivji, il-ġestjoni tal-informazzjoni/tal-għarfien jew il-ġestjoni tar-rekords. Għandu jkollok ukoll tal-anqas 3 snin ta’ esperjenza professjonali rilevanti għad-doveri.

Il-kariga ta’ assistent teħtieġ diploma postsekondarja segwita tal-anqas bi 3 snin ta’ esperjenza ta’ xogħol rilevanti. Tista’ wkoll tapplika jekk għandek diploma li tagħti aċċess għall-edukazzjoni postsekondarja jew jekk kellek taħriġ professjonali (ekwivalent għal-Livell 5 tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki) it-tnejn li huma segwiti tal-anqas b’6 snin ta’ esperjenza ta’ xogħol rilevanti.

 

Ħarsa ġenerali lejn Speċjalisti fil-qasam tal-arkivistika/tal-ġestjoni tar-rekords

 

Ħarsa ġenerali lejn il-proċedura tas-selezzjoni: 

Applikazzjoni

Testijiet fuq il-kompjuter (CBT)

Talent screener

Iċ-Ċentru ta' Valutazzjoni

Lista ta’ riżerva