Qabel ma tiddeċiedi jekk tixtieqx tapplika għal din/dawn il-proċedura/i ta' selezzjoni aqra d-dokumenti importanti kollha biex tiżgura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-eliġibilità fid-data tal-validazzjoni tal-applikazzjoni tiegħek.
Tista’ tapplika għal wieħed jew aktar minn dawn il-profili u/jew gruppi ta’ funzjonijiet. Nirrikkmandawlek li tagħżel biss dawk il-profili u gruppi ta’ funzjonijiet l-iktar rilevanti għall-edukazzjoni u l-esperjenza tiegħek.
Il-fatt li tippreżenta applikazzjonijiet multipli ma jżidx neċessarjament iċ-ċansijiet tiegħek li tintgħażel minn qabel.
Il-kuntratti għal din/dawn il-proċedura/i ta’ selezzjoni se jkunu fil-maġġorparti għal pożizzjonijiet fi Brussell u l-Lussemburgu. Numru limitat ta’ kuntratti jistgħu jkunu disponibbli fi bliet oħra tal-UE u f’delegazzjonijiet tal-UE mad-dinja kollha.
Għal aktar informazzjoni ara wkoll il-Mistoqsijiet u t-tweġibiet speċifiċi.