L-AĠENTI KUNTRATTWALI

Referenza: 
Miftuħa għal applikazzjoni: 
21/11/2016
Data tal-għeluq: 
21/12/2016 - 12:00(ħin ta' Brussell)
Postijiet: 
Tip ta' kuntratt: 

Ippjanar indikattiv

Din l-informazzjoni hija indikattiva. L-EPSO jirriżerva d-dritt li jbiddel l-informazzjoni murija fi kwalunkwe ħin, u jippubblika aġġornamenti regolarment.

Informazzjoni/ippjanar finali u kkonfermat jintbagħat biss permezz tal-ittri u l-messaġġi fil-kontijiet tal-EPSO tal-kandidati.

Applikazzjonijiet miftuħa21/11/2016
Data tal-għeluq għall-applikazzjoni 21/12/2016 - 12:00(ħin ta' Brussell)

KIF SEJJER JIKKOMUNIKA MIEGĦI L-EUIPO?


Għall-fażijiet kollha tal-proċedura, il-komunikazzjoni ssir bl-email. Il-ħames lingwi ta’ ħidma tal-EUIPO (l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-Ispanjol) jintużaw għall-istediniet għat-testijiet ta’ għażla u l-intervisti u għal kwalunkwe korrispondenza bejn il-kandidati u l-EUIPO.
Il-kandidati jiġu kkuntattjati permezz tal-email indikata fil-kont tal-EPSO tagħhom. Huwa l-kompitu tal-kandidati li jikkonsultaw l-inbox tal-email tagħhom (mhux il-kont tal-EPSO tagħhom) f’intervalli regolari biex jiċċekkjaw l-informazzjoni rilevanti għall-applikazzjoni tagħhom.


Il-kandidati jistgħu jikkuntattjaw lill-EUIPO fl-indirizz tal-email li ġej: contractagentselection@euipo.europa.eu.


L-EUIPO jikkuntattja biss lil dawk il-kandidati li jitqiegħdu fuq il-lista l-qasira u jistedinhom jagħmlu serje ta’ testijiet tal-kapaċitajiet tar-raġunar.