Jekk tiddeċiedi li tapplika jekk jogħġbok segwi dawn l-istruzzjonijiet:
1. Oħloq il-profil tal-EPSO tiegħek jekk għad m’għandekx wieħed. Huwa strettament ipprojbit li jkollok aktar minn profil tal-EPSO wieħed u tista’ tiġi eskluż f’kull stadju tal-proċedura tal-għażla minħabba li jkollok aktar minn kont wieħed. Jekk jogħġbok ara l-FAQs tagħna jew ikkuntattjana jekk m’intix ċert.
2. Ikklikkja APPLIKA hawn taħt.
3. Illoggja fil-profil tal-EPSO tiegħek.
4. Iċċekkja l-istruzzjonijiet dwar kif timla l-formola. Meta tkun qed tapplika, jekk jogħġbok ara li ssegwi l-istruzzjonijiet fuq l-iskrins.
Hemm diffikultajiet għall-aċċessibilità? L-aċċessibilità hi importanti ħafna għall-EPSO u qed naħdmu b’mod intensiv biex kontinwament intejbu l-aċċessibilità tal-proċeduri tagħna ta’ komunikazzjoni u selezzjoni. Għadek qed tiltaqa’ ma' diffikultajiet biex taċċessa xi partijiet tas-sit web u/jew tad-dokumenti tagħna? Jekk jogħġbok ikkuntattjana! Nistgħu nipprovdulek formati aċċessibbli jew assistenza.
5. Imla u vvalida l-formola ta’ applikazzjoni online fil-lingwa/i mitluba mis-Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess.
Jekk jogħġbok innota li s-Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess tinkludi struzzjonijiet dwar il-lingwa li biha għandek tissottometti l-formola ta’ applikazzjoni tiegħek. In-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-rekwiżit jista’ jwassal għall-iskwalifika mill-proċedura ta’ selezzjoni.
6. Kun ċert li tagħżel il-grad/lingwa/profil tajjeb, meta applikabbli. Jekk m’intix ċert liema grad/lingwa/profil trid tagħżel, jekk jogħġbok ikkonsulta s-Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess.