Kapijiet tal-Amministrazzjoni fid-Delegazzjonijiet tal-UE

Referenza: 
Miftuħa għal applikazzjoni: 
25/10/2018
Data tal-għeluq: 
27/11/2018 - 12:00(ħin ta' Brussell)
Grad: 
Tip ta' kuntratt: 

Proċedura ta' selezzjoni

  • Il-proċedura ta' selezzjoni fiha diversi stadji. Sakemm id-data u l-ħin ikunu kkonfermati, il-kalendarju għandu dejjem jitqies bħala indikattiv.
  • Aħna se nikkomunikaw miegħek permezz tal-Profil tal-EPSO tiegħek. Hemmhekk issib informazzjoni dwar il-progress tiegħek fil-proċedura, bħall-konvokazzjonijiet għat-testijiet, ir-riżultati tat-testijiet tiegħek, eċċ.
  • Jekk jogħġbok ara l-Profil tal-EPSO tiegħek mill-inqas darbtejn fil-ġimgħa matul il-proċedura ta' selezzjoni.
  • Għandek tkun taf li mhuwiex biżżejjed li tikseb il-minimu meħtieġ fit-testijiet.
    Ikunu biss dawk li jmorru tajjeb ħafna li jgħaddu għall-istadju li jmiss fil-proċedura ta' selezzjoni

Ippjanar indikattiv

Din l-informazzjoni hija indikattiva. L-EPSO jirriżerva d-dritt li jbiddel l-informazzjoni murija fi kwalunkwe ħin, u jippubblika aġġornamenti regolarment.

Informazzjoni/ippjanar finali u kkonfermat jintbagħat biss permezz tal-ittri u l-messaġġi fil-kontijiet tal-EPSO tal-kandidati.

Applikazzjonijiet miftuħa25/10/2018
Data tal-għeluq għall-applikazzjoni 27/11/2018 - 12:00(ħin ta' Brussell)
Ibbukkjar tat-Testijiet ta' Mistoqsijiet b’Għażla ta' Tweġibiet (MCQ) bil-kompjuter11/12/2018 - 18/12/2018
Testijiet b’għażliet multipli bbażati fuq il-kompjuter – perjodu tat-testijiet07/01/2019 - 21/01/2019
Studju tal-każ – perjodu tal-ibbukkjar15/05/2019 - 22/05/2019
Studju tal-każ04/06/2019
Ċentru ta' valutazzjoni03/06/2019 - 15/07/2019
Pubblikazzjoni tar-riżultati (lista ta’ riżerva)mid 10/2019(indikattiv)