Paġna ewlenija > Opportunitajiet ta' xogħol > Kompetizzjoni > Amministraturi fil-qasam tal-Liġi Ewropea

Amministraturi fil-qasam tal-Liġi Ewropea

Referenza: 
Miftuħa għal applikazzjoni: 
30/07/2020
Data tal-għeluq: 
15/09/2020 - 12:00(ħin ta' Brussell)
Grad: 
Istituzzjoni/Aġenzija: 
Tip ta' kuntratt: 

Qabel ma tiddeċiedi jekk tixtieqx tapplika għal din/dawn il-proċedura/i ta' selezzjoni aqra d-dokumenti importanti kollha biex tiżgura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-eliġibilità fid-data tal-validazzjoni tal-applikazzjoni tiegħek.

Jekk jogħġbok ftakar li sabiex ikunu jistgħu japplikaw għall-proċeduri tal-għażla, il-kandidati jridu jissodisfaw il-kriterji kollha ta’ eliġibbiltà, inkluża ċ-ċittadinanza, fid-data tal-għeluq tal-perjodu ta’ applikazzjoni. Għalhekk, jekk jogħġbok innota li fl-eventwalità li l-Brexit iseħħ fil-31 ta’ Jannar 2020 trid tkun ċittadin ta’ wieħed mis-27 Stat Membru tal-UE li jifdal fid-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet sabiex tkun eliġibbli għall-proċedura tal-għażla tal-EPSO.

Proċedura ta' selezzjoni

  • Il-proċedura ta' selezzjoni fiha diversi stadji. Sakemm id-data u l-ħin ikunu kkonfermati, il-kalendarju għandu dejjem jitqies bħala indikattiv.
  • Aħna se nikkomunikaw miegħek permezz tal-Profil tal-EPSO tiegħek. Hemmhekk issib informazzjoni dwar il-progress tiegħek fil-proċedura, bħall-konvokazzjonijiet għat-testijiet, ir-riżultati tat-testijiet tiegħek, eċċ.
  • Jekk jogħġbok ara l-Profil tal-EPSO tiegħek mill-inqas darbtejn fil-ġimgħa matul il-proċedura ta' selezzjoni.
  • Għandek tkun taf li mhuwiex biżżejjed li tikseb il-minimu meħtieġ fit-testijiet.
    Ikunu biss dawk li jmorru tajjeb ħafna li jgħaddu għall-istadju li jmiss fil-proċedura ta' selezzjoni

Applikazzjoni

Jekk tiddeċiedi li tapplika jekk jogħġbok segwi dawn l-istruzzjonijiet:

  1. Oħloq il-profil tal-EPSO tiegħek jekk għad m’għandekx wieħed. Huwa strettament ipprojbit li jkun hemm aktar minn profil tal-EPSO wieħed u tista’ tiġi eskluż f’kull stadju tal-proċedura tal-għażla minħabba li jkollok aktar minn kont wieħed. Jekk jogħġbok iċċekkja l-FAQs tagħna jew ikkuntattjana jekk m’intix ċert.
  2. Ikklikkja APPLIKA hawn taħt.
  3. Illoggja fil-profil tal-EPSO tiegħek.
  4. Iċċekkja l-istruzzjonijiet dwar kif timla l-formola. Meta tkun qed tapplika, jekk jogħġbok ara li ssegwi l-istruzzjonijiet fuq l-iskrins.
    Hemm diffikultajiet għall-aċċessibilità? L-aċċessibilità hi importanti ħafna għal EPSO u qed naħdmu b’mod intensiv biex kontinwament intejbu l-aċċessibilità tal-proċeduri tagħna ta’ komunikazzjoni u selezzjoni. Għadek qed tiltaqa’ ma' diffikultajiet biex taċċessa xi partijiet tas-sit web u/jew tad-dokumenti tagħna? Jekk jogħġbok ikkuntattjana! Nistgħu nipprovdulek formati aċċessibbli jew assistenza.
  5. Jekk jogħġbok irreferi għall-Avviż ta' Kompetizzjoni jew għas-Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess għall-istruzzjonijiet dwar il-lingwa/i li biha/bihom għandek tissottometti l-formola ta’ applikazzjoni tiegħek.
    Jekk jogħġbok ftakar li l-Bord tas-Selezzjoni u s-servizzi tar-reklutaġġ jaħdmu b’numru limitat ta’ lingwi veikolari (il-lingwi uffiċjali tal-UE b’użu l-aktar komuni) u għalhekk ninkuraġġuk li tissottometti l-formola ta’ applikazzjoni tiegħek b’waħda minn dawn il-lingwi biex tiffaċilita l-proċedura ta’ selezzjoni u/jew ir-reklutaġġ fi stadju aktar tard.
  6. Il-mili tal-formola ta’ applikazzjoni hi proċedura li tieħu l-ħin. Nirrakkomandawlek li ma tħallix għall-aħħar mument. L-EPSO ma jistax jaċċetta applikazzjonijiet minn kandidati li jonqsu li jilħqu l-iskadenza stipulata.
  7. Kun ċert li tagħżel il-grad/lingwa/profil tajjeb, meta applikabbli. Jekk m’intix ċert liema grad/lingwa/profil trid tagħżel, jekk jogħġbok ikkonsulta l-Avviż ta’ Kompetizzjoni jew is-Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess.

Ippjanar indikattiv

Din l-informazzjoni hija indikattiva. L-EPSO jirriżerva d-dritt li jbiddel l-informazzjoni murija fi kwalunkwe ħin, u jippubblika aġġornamenti regolarment.

Informazzjoni/ippjanar finali u kkonfermat jintbagħat biss permezz tal-ittri u l-messaġġi fil-kontijiet tal-EPSO tal-kandidati.

Applikazzjonijiet miftuħa30/07/2020
Data tal-għeluq għall-applikazzjoni 15/09/2020 - 12:00(ħin ta' Brussell)