Studenti Ambaxxaturi ta’ Karrieri mal-UE

Home > Job opportunities > Studenti Ambaxxaturi ta’ Karrieri mal-UE

Jekk int student ħerqan li tippromwovi l-karrieri mal-UE fuq il-kampus tal-università tiegħek, għaliex ma tapplikax biex issir Student Ambaxxatur ta’ Karrieri mal-UE?

Bħala parti mill-esperjenza, se tkun tista’:

  • Tiskopri aktar dwar opportunitajiet ta’ Karrieri mal-UE u tippromwovihom ma’ sħabek l-istudenti
  • Tibni network eċċellenti tal-istudenti fl-Ewropa
  • Tikseb esperjenza ta' xogħol matul l-istudji tiegħek li se jagħmlu lis-CV tiegħek aktar attraenti
  • Tiżviluppa l-kapaċitajiet tiegħek dwar kif titkellem fil-pubbliku, il-kummerċjalizzazzjoni u l-HR
  • Tirċievi taħriġ sħiħ ta’ induzzjoni u kkowċjar matul iż-żmien tiegħek f'dan ir-rwol
  • Ikollok aċċess għal uffiċjali għoljin tal-UE
  • Tikseb ittra ta’ referenza bbażata fuq il-prestazzjoni tiegħek

Qed infittxu nies motivati, li jħobbu jikkomunikaw ma’ ta’ madwarhom b’entużjażmu biex jippromovu Karrieri mal-UE fl-università tiegħek.
Bħala impjegatur b’reputazzjoni tajba ħafna tal-aqwa gradwati, Karrieri mal-UE qed ifittxu ambaxxaturi tal-brand fi wħud mill-aqwa universitajiet tal-Ewropa.

L-iskema Studenti Ambaxxaturi ta’ Karrieri mal-UE twassal biex jinstabu modi innovattivi biex jiġu promossi l-opportunitajiet kbar li aħna qed noffru, inklużi permezz ta’:

  • attendenza f’fieri tal-karrieri, jew għoti ta’ preżentazzjoni lill-istudenti sħabek
  • l-iżvilupp ta’ networks ta’ universitajiet u l-għoti ta’ informazzjoni
  • iż-żamma ta’ preżenza attiva online u fuq il-midja soċjali
  • l-għoti ta’ tweġibiet għal mistoqsijiet dwar Karrieri mal-UE

 

X’jagħmel Ambaxxatur?
  • Jaġixxi bħala punt ta’ kuntatt għal studenti interessati f’Karrieri mal-UE
  • Jirriċerka dwar gruppi fil-mira u jikkuntattja l-midja tal-università
  • Jistabbilixxi lista ta’ indirizzi u jiddistribwixxi l-informazzjoni dwar Karrieri mal-UE permezz tal-mezzi x-xierqa
  • Jagħti preżentazzjonijiet, jattendi l-avvenimenti tal-università dwar il-karrieri u jsib kelliema interessanti
  • Ilesti kompiti ta’ kull xahar u jirrapporta lura regolarment dwar l-attivitajiet tiegħu
  • Jimmaniġġja u jimmonitorja regolarment paġna apposta tal-Facebook / preżenza online
X’qed infittxu?

Qed infittxu Ambaxxaturi motivati li jridu jippromwovu l-benefiċċji ta’ Karriera mal-UE u li għandhom dawn il-kompetenzi:

  • Ħiliet ta’ komunikazzjoni eċċellenti
  • Ħiliet ta’ networking
  • Rieda li taqsam u titgħallem
  • Kapaċità ta’ adattament
  • Ħiliet tajba ta’ organizzazzjoni
  • Kapaċità li twassal il-kwalità u r-riżultati
  • Approċċ innovattiv u kreattiv
  • Reżiljenza
Obbligi Minimi
  • Impenn tal-inqas ta’ sagħtejn fil-ġimgħa għar-rwol tiegħek ta’ Ambaxxatur
  • Torganizza jew tieħu sehem f’minimu ta’ avveniment jew preżentazzjoni waħda ta’ Karrieri mal-UE
  • Tikkomunika fuq bażi regolari mal-koordinatur tiegħek ta’ Karrieri mal-UE
  • Tipparteċipa fit-taħriġ kollu offrut (online)
  • Iżżomm reġistru tal-attivitajiet tiegħek u tirrapporta lura b’mod regolari

Barra minn dawn ir-rekwiżiti minimi hija verament l-għażla tiegħek li tiddeċiedi kemm tista’ tiddedika ħin għall-promozzjoni flimkien mal-istudji akkademiċi tiegħek u kif se tippromwovi Karrieri mal-UE ma’ sħabek l-istudenti. Qed infittxu Ambaxxaturi kreattivi li jistgħu joħorġu b’modi innovattivi għall-promozzjoni ta’ Karrieri mal-UE!

Kif tapplika

Il-proċess tal-għażla għas-sena akkademika 2020/21 se jibda fi Frar/Marzu 2020.

Jekk int: 

  • Disponibbli biex tipparteċipa fil-kors ta’ taħriġ obbligatorju tagħna ta’ ġurnata f’Settembru/Ottubru 2020
  • Irreġistrat u preżenti fl-università għat-tul ta’ żmien tal-pożizzjoni ta’ Ambaxxatur (Settembru 2020 - Settembru 2021)
  • Tkun ċittadin tal-UE
  • Titkellem sew bl-Ingliż u b’waħda mil-lingwi tal-pajjiż fejn qed tistudja

Il-proċess tal-għażla għas-sena akkademika 2020/21 se jibda fi Frar/Marzu 2020.

Jekk jogħġbok innota li l-lista tal-universitajiet parteċipanti ġiet stabbilita f’kollaborazzjoni mal-gvernijiet nazzjonali. Bħalissa ma nistgħux nappoġġjaw Ambaxxaturi f’universitajiet oħrajn u ġeneralment il-lista ma tinbidilx.

Jekk jogħġbok iċċekkja dan is-sit web f'Marzu 2020 għal aktar informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet u l-universitajiet ġodda parteċipanti għas-sena akkademika 2020/21.

Kuntatt

Jekk għandek xi mistoqsijiet tiddejjaqx tikkuntattja fuq: EPSO-CAREERS-AMBASSADOR@ec.europa.eu