Home > Job opportunities > Institutions and agencies > (ECHA) L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

(ECHA) L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi hija l-mutur fost l-awtoritajiet regolatorji fl-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni innovattiva dwar il-kimiċi tal-UE għall-benefiċċju tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent kif ukoll għall-innovazzjoni u l-kompetittività. L-ECHA tgħin lill-kumpaniji biex jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni, tmexxi ’l quddiem l-użu sikur ta’ sustanzi kimiċi, tipprovdi informazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi u tindirizza s-sustanzi kimiċi li huma ta’ tħassib.

Traineeship

(ECHA) L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

Postijiet: Helsinki (Finlandja)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Hemm sa 20 opportunità ta’ traineeships għall-gradwati kull sena f’oqsma xjentifiċi bħall-kimika, it-tossikoloġija, il-bijoloġija, ix-xjenza ambjentali u t-teknoloġiji, u dmirijiet amministrattivi bħal-liġi, il-komunikazzjonijiet, il-finanzi, ir-riżorsi umani u l-ICT.

Min jista’ japplika: Gradwati universitarji li huma ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE jew ċittadini taż-Żona Ekonomika Ewropea (in-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein).

Tul: 3-6 xhur 

Bi ħlas: Iva. Madwar €1,300 fix-xahar

Dati tal-Bidu: Marzu u Settembru