Home > Job opportunities > Institutions and agencies > (ERA) L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji

(ERA) L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji

L-Aġenzija ssaħħaħ il-livell ta’ interoperabilità tas-sistemi ferrovjarji, tiżviluppa approċċ komuni għas-sigurtà fis-sistema ferrovjarja Ewropea, u tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ Żona Ferrovjarja Unika Ewropea mingħajr fruntieri li tiggarantixxi livell għoli ta’ sigurtà.

Traineeship

(ERA) L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea

Postijiet: Valenciennes (Franza)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Fl-ERA aħna għandna rwol importanti fl-iżvilupp taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea (SERA), u nistednuk biex tgħinna niksbu l-objettivi ambizzjużi tagħna. Int se tipparteċipa fi proġetti reali relatati mal-isfond speċifiku tiegħek, mal-aqwa professjonisti u f’ambjent tax-xogħol akkoljenti u stimulanti.

Min jista’ japplika: Gradwati universitarji (minimu ta’ 3 snin ta’ studju), li għandhom għarfien tajjeb ħafna tal-Ingliż u ta’ lingwa oħra (għaċ-ċittadini tal-UE, din għandha tkun lingwa uffiċjali tal-UE)

Tul: 3-5-il xahar 

Bi ħlas: Iva. Madwar €1,200 fix-xahar

Dati tal-Bidu: l-1 ta’ Marzu u l-1 ta’ Ottubru