Home > Job opportunities > Institutions and agencies > (UE-OSHA) l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

(UE-OSHA) l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

EU-OSHA taħdem biex tagħmel il-postijiet tax-xogħol Ewropej aktar sikuri, aktar tajbin għas-saħħa u aktar produttivi – għall-benefiċċju tan-negozji, l-impjegati u l-gvernijiet. Hi tippromwovi kultura ta’ prevenzjoni tar-riskju biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa.

Postijiet: 

Traineeships

Traineeships

Miftuħa għal applikazzjoni: 22/02/2019
Data tal-għeluq: 22/03/2019 - 13:00(ħin ta' Brussell)
Postijiet: Bilbao (Spain), Brussell (il-Belġju)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

L-għanijiet tat-traineeship fl-EU-OSHA huma li l-apprendisti jingħataw ċans li jifhmu l-objettivi u l-attivitajiet tal-Aġenzija, jiksbu esperjenza prattika u għarfien tal-ħidma ta’ kuljum tal-EU-OSHA u jingħataw l-opportunità li jaħdmu f’ambjent varjat, multikulturali u multilingwistiku, u jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ fehim reċiproku, fiduċja u tolleranza.

Min jista’ japplika: Gradwati universitarji li huma ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Liechtenstein (partijiet mill-ftehim ŻEE). Il-kandidati għandu jkollhom għarfien tajjeb ta’ tnejn mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Tul: 6 xhur (possibbiltà għal estensjoni oħra ta’ sitt xhur).

Bi ħlas: Iva. Madwar €1,190 fix-xahar

Dati tal-Bidu: L-1 ta’ Settembru.