il-Kunsill Ewropew

Il-Kunsill Ewropew jgħaqqad flimkien lill-mexxejja tal-UE biex jistabbilixxu l-aġenda politika tal-UE. Jirrappreżenta l-ogħla livell ta' kooperazzjoni politika bejn il-pajjiżi tal-UE. Il-Kunsill jieħu l-forma ta’ laqgħat tas-summit (normalment trimestrali) bejn il-Prim Ministri u l-Presidenti tal-Istati Membri tal-UE, ippreseduti minn president permanenti.

Jekk inti interessat li taħdem mal-Kunsill Ewropew, għandek tiċċekkja regolarment dan is-sit web, fejn tista’ ssib informazzjoni dwar kompetizzjonijiet futuri u kif tista’ tħejji ruħek għalihom. Dan japplika għall-istituzzjonijiet kollha.