Home > Job opportunities > Institutions and agencies > (CDT) iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea

(CDT) iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea

Is-CDT jimpjega madwar 200 membru tal-persunal u jissodisfa l-bżonnijiet ta’ traduzzjoni ta’ għadd kbir ta’ aġenziji u uffiċċji Ewropej.

Traineeship

(CDT) Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea

Postijiet: Lussemburgu (il-Lussemburgu)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni joffri traineeships, b’mod speċjali lil studenti mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u lil ċittadini minn pajjiżi kandidati li jixtiequ jakkwistaw fehim tal-oqsma ta’ attività taċ-Ċentru u li jiksbu esperjenza personali f’ambjent multikulturali u multilingwi, bl-opportunità li jagħmlu l-kuntatti.

Min jista’ japplika: kandidati li lestew tal-anqas erba’ semestri ta’ studji universitarji jew edukazzjoni ekwivalenti f’qasam ta’ interess għaċ-Ċentru u li għandhom xi ftit tal-esperjenza inizjali f’wieħed mill-oqsma ta’ attività taċ-Ċentru. Il-kandidati għandu jkollhom għarfien sħiħ ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u ħakma sodisfaċenti ta’ lingwa oħra tal-UE. 

Tul ta’ żmien: 3-6 xhur

Bi ħlas: Iva. 25% tas-salarju bażiku ta’ kull xahar ta’ membru temporanju tal-persunal fil-grad AD5, step 1.

Dati tal-Bidu: Il-ħin kollu