L-EFSA taħdem indipendentement mill-istituzzjonijiet leġiżlattivi u eżekuttivi Ewropej (il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament) u l-Istati Membri tal-UE. Hija ġiet stabbilita fl-2002, wara sejre ta’ kriżijiet tal-ikel lejn l-aħħar tas-snin disgħin biex tkun sors ta’ pariri xjentifiċi u komunikazzjoni dwar ir-riskji assoċjati mal-katina alimentari.
L-EFSA toffri traineeships bi ħlas għal professjonisti żgħażagħ b’talent u bi kwalifiki għolja li għadhom qed jibdew il-karriera, f’qasam tal-għażla tagħhom.
Min jista’ japplika: Gradwati universitarji, b’livell ta’ B2 fl-Ingliż, li huma ċittadini tal-Istati Membri kollha tal-UE kif ukoll ta’ pajjiżi mhux tal-UE.
Tul: 12-il xahar
Bi ħlas: Iva, għotja ta’ €1,150 fix-xahar.
Dati tal-Bidu: Novembru / Frar (jistgħu jvarjaw, jekk jogħġbok aqra s-Sejħa).