Home > Job opportunities > Institutions and agencies > Il-Qorti tal-Awdituri

Il-Qorti tal-Awdituri

Bħala l-awditur estern indipendenti tal-UE, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) tħares l-interessi ta' dawk li jħallsu t-taxxi fl-UE. Din il-qorti, li hi bbażata fil-Lussemurgu, ma għandhiex setgħat legali, iżda taħdem biex ittejjeb l-immaniġġjar mill-Kummissjoni Ewropea tal-baġit tal-UE u tirrapporta dwar il-finanzi tal-UE.

Il-persunal huwa prinċipalment l-uffiċjali reklutati permezz tal-listi ta’ riżerva minn kompetizzjonijiet ġenerali ppubblikati fuq dan is-sit web. F’ċerti ċirkostanzi, madankollu, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tista’ timpjega wkoll persunal temporanju jew kuntrattwali. Dan japplika għall-istituzzjonijiet kollha.

Traineeship

It-traineeships

Miftuħa għal applikazzjoni: 01/12/2019
Data tal-għeluq: 31/01/2020 - 23:59(ħin ta' Brussell)
Postijiet: Lussemburgu (il-Lussemburgu)
Istituzzjoni/Aġenzija: Il-Qorti tal-Awdituri
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Il-Qorti tal-Awdituri Ewropea torganizza tliet sessjonijiet ta' traineeships kull sena fl-oqsma ta’ interess għal xogħolha.

Min jista’ japplika: ċittadini tal-UE li jew għandhom diploma f’livell universitarju rikonoxxut jew li lestew tal-inqas erba’ semestri ta’ studji universitarji f'qasam ta’ interess għall-Qorti (Awditjar, Baġit, Kontabilità, Amministrazzjoni, Riżorsi Umani, Traduzzjoni, Komunikazzjoni, Relazzjonijiet Internazzjonali, Legali).

Tul: 3, 4 jew 5 xhur

Bi ħlas: iva. Madwar €1.350 (skont l-approprjazzjonijiet tal-baġit disponibbli).

Dati tal-Bidu: l-1 ta’ Frar, l-1 ta’ Mejju u l-1 ta’ Settembru, kull sena.