L-Ombudsman Ewropew

L-Ombudsman Ewropew, li hu bbażat fi Strasburgu, jinvestiga l-ilmenti dwar amministrazzjoni mill-istituzzjonijiet jew korpi oħra tal-UE. Dawn jistgħu jitressqu miċ-ċittadini jew mir-residenti tal-pajjiżi tal-UE jew minn assoċjazzjonijiet jew negozji bbażati fl-UE.

Jekk inti interessat li taħdem fl-uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew, għandek tikkonsulta regolarment dan is-sit web fejn se ssib l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar proċeduri ta’ selezzjoni futuri.

Traineeship

Traineeships

Miftuħa għal applikazzjoni: 01/02/2020 - 00:00
Data tal-għeluq: 31/03/2020 - 23:59(ħin ta' Brussell)
Postijiet: Brussell (il-Belġju), Strasburgu (Franza)
Istituzzjoni/Aġenzija: L-Ombudsman Ewropew
Tip ta' kuntratt: Apprendist

L-Ombudsman Ewropew joffri traineeships lil gradwati universitarji jew tal-edukazzjoni għolja li għandhom interess partikolari fl-amministrazzjoni pubblika tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari, kif l-amministrazzjoni tal-UE tirrelata maċ-ċittadini.

It-traineeships huma intiżi biex jipprovdu esperjenza prattika tal-ħidma tal-Ombudsman Ewropew lil gradwati reċenti u biex jippermettilhom jibnu fuq l-għarfien u l-ħiliet li jkunu kisbu waqt l-istudji tagħhom. Il-kompiti tat-trainees, skont il-qasam tat-traineeship partikolari se jinkludu l-għoti ta’ assistenza fl-investigazzjoni tal-ilmenti, l-għoti ta’ assistenza fil-qasam tal-midja u tal-komunikazzjoni, il-ħidma fuq proġetti tal-IT jew fuq riċerka rilevanti għax-xogħol tal-Ombudsman. It-trainees se jaħdmu taħt is-superviżjoni diretta ta’ uffiċjal jew aġent tal-Ombudsman Ewropew, li normalment ikun il-Kap tal-Unità jew ekwivalenti.

Min jista’ japplika: Ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE, jew ta’ pajjiż kandidat għall-adeżjoni mal-UE, b’lawrja jew diploma ta’ mill-inqas 3 snin f’waħda mid-dixxiplini previsti mill-avviż tat-traineeship.

Tul: Massimu ta’ sena (skont il-prestazzjoni).

Bi ħlas: Iva. Madwar €1,300 fix-xahar fi Brussell u madwar €1,600 fix-xahar fi Strasburgu.

Dati tal-Bidu: L-1 ta’ Jannar u l-1 ta’ Settembru