Paġna ewlenija > Job opportunities > Institutions and agencies > Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE xi kultant jipproċessaw l-informazzjoni personali taċ-ċittadini - f'format elettroniku, miktub jew viżiv - waqt dmirijiethom. L-ipproċessar jinkludi l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, il-ħażna, l-irkupru, il-bgħit, l-imblukkar jew it-tħassir ta’ dejta. Huwa l-kompitu tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) li jżomm regoli ta' privatezza stretti fit-tmexxija ta' dawn l-attivitajiet.

Il-KEPD, li hu bbażat fi Brussell, ġie stabbilit fl-2004 u bħalissa jimpjega madwar 60 membru tal-persunal, maqsum f’ħames unitajiet u setturi. Flimkien mal-persunal statutorju, hemm programmi għal esperti nazzjonali temporanji u trainees.