Is-Cedefop jaħdem biex isaħħaħ il-kooperazzjoni Ewropea u jipprovdi l-evidenza li fuqha jiġu bbażati l-politiki Ewropej tal-ETV – Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali.
It-traineeship tas-Cedefop jimmira li jipprovdi l-gradwati universitarji u l-istudenti tal-PhD b’esperjenza unika u diretta tal-ħidmiet tas-Cedefop, b’mod partikulari, u tal-istituzzjonijiet tal-UE b’mod ġenerali. Barra minn hekk, hu jimmira li jipprovdi fehim tal-objettivi u tal-miri tal-proċessi u tal-politiki ta’ integrazzjoni tal-UE.
Min jista’ japplika: Iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u tal-pajjiżi kandidati, li lestew l-ewwel ċiklu ta’ kors ta’ edukazzjoni għolja (edukazzjoni universitarja) u akkwistaw lawrja sħiħa jew l-ekwivalenti tagħha.
Tul ta' żmien: 9 xhur
Bi ħlas: Iva. €919.4 fix-xahar għal trainees minn barra ’l pajjiż, kif ukoll għal trainees li għandhom ir-residenza tagħhom fil-Greċja li ċċaqalqu lejn Thessaloniki għat-tul ta’ żmien tat-traineeship u €689.5 fix-xahar għal trainees li diġà joqogħdu f’Thessaloniki.
Dati tal-Bidu: L-1 ta’ Ottubru