Paġna ewlenija > Opportunitajiet ta' xogħol > Institutions and agencies > Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa

Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa

L-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa hija sħubija pubblika-privata, imnedija taħt il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont Ewropa, bejn l-Unjoni Ewropea rrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea u s-settur tal-avjazzjoni Ewropew.

Bħala sħubija pubblika-privata Ewropea, Avjazzjoni Nadifa timbotta lix-xjenza ajrunawtika lil hinn mil-limiti tal-immaġinazzjoni billi toħloq teknoloġiji ġodda li se jnaqqsu b’mod sinifikanti l-impatt tal-avjazzjoni fuq il-pjaneta, u b’hekk il-ġenerazzjonijiet futuri jkunu jistgħu jgawdu l-benefiċċji soċjali u ekonomiċi tal-ivvjaġġar bl-ajru ’l bogħod fil-futur.