L-EASA taħdem biex tiżgura l-ogħla livell komuni ta’ protezzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni għaċ-ċittadini tal-UE u l-ogħla livell komuni ta’ protezzjoni ambjentali. Hi tiffaċilita wkoll is-suq uniku intern tal-avjazzjoni.
L-Aġenzija toffri opportunitajiet fl-oqsma kollha tal-organizzazzjoni kemm għall-gradwati kif ukoll għall-istudenti universitarji. Dawn l-opportunitajiet għandhom l-għan li jagħtu fehim tal-Aġenzija u r-rwol tagħha fi ħdan l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea.
Min jista’ japplika: Ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-EASA jew ta’ pajjiż bi status ta’ osservatur fil-Bord ta’ Ġestjoni tal-EASA li l-isfond tagħhom huwa rilevanti għall-attivitajiet tal-Aġenzija
Tul: 12-il xahar
Bi ħlas: Iva.
Dati tal-Bidu: Il-ħin kollu