Paġna ewlenija > Opportunitajiet ta' xogħol > Institutions and agencies > L-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b'Bażi Bijoloġika (CBE JU)

L-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b'Bażi Bijoloġika (CBE JU)

L-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b'Bażi Bijoloġika (CBE JU) hija sħubija ta’ €2 biljun bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konsorzju tal-Industriji b’Bażi Bijoloġika (BIC) li tiffinanzja proġetti li javvanzaw industriji ċirkolari u kompetittivi b’bażi bijoloġika fl-Ewropa.

Is-CBE JU qed topera skont ir-regoli ta’ Orizzont Ewropa, il-programm tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni, għall-perjodu 2021-2031. Is-sħubija qed tibni fuq is-suċċess tal-predeċessur tagħha, l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’Bażi Bijoloġika (BBI JU), filwaqt li tindirizza l-isfidi attwali li qed tiffaċċja l-industrija. Is-CBE JU hija s-suċċessur legali u universali tal-BBI JU fir-rigward tal-kuntratti, il-ftehimiet ta’ għotja u l-obbligazzjonijiet kollha.