Paġna ewlenija > Opportunitajiet ta' xogħol > Institutions and agencies > (EDA) L-Aġenzija Ewropea għad-Difiża

(EDA) L-Aġenzija Ewropea għad-Difiża

L-EDA tappoġġja lill-Istati Membri u lill-Kunsill fl-isforz tagħhom għat-titjib tal-kapaċitajiet difensivi Ewropej fil-qasam tal-immaniġġjar tal-kriżijiet u biex tappoġġja l-Politika Ewropea ta’ Sigurtà u Difiża kif inhi fl-istat attwali tagħha u kif tiżviluppa fil-futur.

Traineeship

Traineeships

Postijiet: Brussell (il-Belġju)
Istituzzjoni/Aġenzija: (EDA) L-Aġenzija Ewropea għad-Difiża
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Kull sena l-EDA tmexxi Programm ta’ Taħriġ ta’ sena maħsub għal gradwati universitarji reċenti li jixtiequ jagħmlu t-tranżizzjoni lejn id-dinja tax-xogħol f’organizzazzjoni fil-qalba tal-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża fl-Ewropa.

Traineeship fl-EDA jagħtik:

  • għarfien uniku dwar il-politiki u l-proċessi għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ difiża Ewropej
  • opportunità biex tapplika l-għarfien miksub matul l-istudji tiegħek
  • esponiment għal ambjent professjonali multikulturali u dinamiku

Min jista’ japplika: Gradwati universitarji reċenti li qatt ma wettqu traineeship bi ħlas jew bla ħlas jew kwalunkwe tip ta’ impjieg ieħor f’istituzzjoni jew korp Ewropew għal iktar minn sitt ġimgħat. Biex titqies eliġibbli, sad-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet il-kandidati jridu jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà fl-avviż ta’ post battal.

Tul ta’ żmien: Sena

Bi ħlas: Iva, €1.229,32/xahar (2021)

Dati tal-Bidu: Darba fis-sena, fl-1 jew fis-16 ta’ Settembru

Aktar tagħrif: https://eda.europa.eu/careers/current-vacancies