Home > Job opportunities > Institutions and agencies > (F4E) L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni

(F4E) L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni

L-F4E hija responsabbli biex tipprovdi l-kontribuzzjoni tal-Ewropa għall-ITER, l-akbar sħubija xjentifika fid-dinja li għandha l-għan li turi li l-fużjoni hi sors ta’ enerġija vijabbli u sostenibbli. L-ITER tiġbor flimkien seba’ partijiet li jirrappreżentaw nofs il-popolazzjoni tad-dinja – l-UE, ir-Russja, il-Ġappun, iċ-Ċina, l-Indja, il-Korea t’Isfel u l-Istati Uniti.

Postijiet: 

Traineeship

L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (Fużjoni għall-Enerġija)

Postijiet: Barcelona (Spain), Bliet oħra tal-UE
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Il-programmi tat-traineeships tal-F4E għandhom l-għan li jippromwovu s-sensibilizzazzjoni, l-għarfien u l-fehim tar-rwol tal-F4E fil-proġett ITER u fi ħdan il-kuntest Ewropew, kif ukoll li jipprovdu taħriġ lill-gradwati universitarji – fil-qasam tal-inġinerija nukleari, il-fiżika, l-amministrazzjoni u l-komunikazzjoni.

Min jista’ japplika: ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri jew tal-Iżvizzera li għandhom lawrja universitarja ta’ mill-anqas 3 snin studju (minimu ta’ baċċellerat) u għarfien tajjeb ħafna tal-Ingliż.

Tul: minn 4 sa 9 xhur

Bi ħlas: iva. Madwar €1,000 fix-xahar u r-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar

Dati tal-Bidu: Ottubru