Home > Job opportunities > Institutions and agencies > L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA)

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA)

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA) hija ċentru ta’ għarfien espert dwar iċ-ċibersigurtà fl-Ewropa. L-Aġenzija tinsab fil-Greċja bis-sede tagħha f’Heraklion fi Kreta u b’uffiċċju operattiv f’Ateni.

Sa minn meta twaqqfet fl-2004, l-ENISA qiegħda tikkontribwixxi b’mod attiv għal livell għoli ta’ sigurtà tan-networks u l-informazzjoni (NIS) fi ħdan l-Unjoni, għall-iżvilupp ta’ kultura tal-NIS fis-soċjetà u sabiex titqajjem kuxjenza dwar l-NIS, u b’hekk tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

Traineeships

(ENISA) L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni

Postijiet: Heraklion (Il-Greċja)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Permezz tal-iskema ta’ traineeship tagħha, l-ENISA tibbenefika mill-kontribut ta’ gradwati entużjasti li jistgħu jagħtu perspettiva ġdida u għarfien akkademiku aġġornat, li jtejjeb il-ħidma ta’ kuljum tal-ENISA.

Min jista’ japplika: Iċ-ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE jew in-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein, li lestew l-ewwel ċiklu ta’ kors universitarju ta’ edukazzjoni għolja u kisbu lawrja sħiħa jew l-ekwivalenti tagħha

Tul: 3-12-il xahar 

Bi ħlas: Iva. Madwar €1,000 fix-xahar

Dati tal-Bidu: Il-ħin kollu