EU-LISA, l-Aġenzija tal-UE għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira, bdiet topera f’Diċembru 2012. Hija tissodisfa l-kompiti tat-tmexxija operattiva għas-SIS II, il-VIS u l-EURODAC. Il-kompitu operazzjonali prinċipali tagħha hu li tiżgura li dawn is-sistemi jinżammu fi stat funzjonali 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa.