Permezz tal-ġbir u l-analiżi tad-dejta fl-UE, l-FRA tassisti lill-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri tal-UE biex jifhmu u jindirizzaw l-isfidi tas-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali ta’ kulħadd fl-UE.
Wieħed mill-għanijiet tat-traineeship fl-FRA hu li jippermetti lit-trainees jikkontribwixxu għall-missjoni tal-Aġenzija billi jgħinu sabiex id-drittijiet fundamentali jsiru realtà għal kulħadd fl-UE.
Min jista’ japplika: Il-gradwati li lestew tal-anqas l-ewwel ċiklu ta’ kors ta’ edukazzjoni għolja (jiġifieri edukazzjoni universitarja) u akkwistaw diploma sħiħa jew l-ekwivalenti tagħha sad-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet. It-trainees jintgħażlu miċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi kandidati tal-UE (l-Albanija, l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja, u t-Turkija) u l-kandidati potenzjali (il-Bożnija-Ħerzegovina u l-Kosovo).
Tul taż-żmien: 9 xhur
Bi ħlas: Iva.
Dati tal-Bidu: L-1 ta’ Ottubru