Paġna ewlenija > Opportunitajiet ta' xogħol > Institutions and agencies > (EUSPA) L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali

(EUSPA) L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali

L-ispazju huwa essenzjali għall-mod kif ngħixu, naħdmu u nilagħbu. Il-missjoni ewlenija tal-EUSPA hija li timplimenta l-Programm Spazjali tal-UE u li tipprovdi servizzi relatati mal-ispazju affidabbli, sikuri u siguri, filwaqt li timmassimizza l-benefiċċji soċjoekonomiċi tagħhom għas-soċjetà u n-negozju Ewropej. Billi trawwem l-iżvilupp ta’ setturi upstream u downstream innovattivi u kompetittivi u tinvolvi ruħha mal-komunità Spazjali kollha tal-UE, l-EUSPA qed tixpruna t-tkabbir ibbażat fuq l-innovazzjoni fl-ekonomija Ewropea u tikkontribwixxi għas-sikurezza taċ-ċittadini tal-UE u s-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, filwaqt li fl-istess ħin issaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-UE.

Traineeship

Traineeships

Postijiet: Praga (Ir-Repubblika Ċeka)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Il-EUSPA toffri traineeships bi ħlas f’dipartimenti differenti.

Min jista’ japplika: 

  • Il-gradwati tal-università (jew li dalwaqt se jiggrawaw), li huma ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. 
  • Il-kandidati li jkollhom għarfien tajjeb ta’ lingwa waħda uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa oħra tal-Unjoni Ewropea; waħda minn dawn il-lingwi trid tkun il-lingwa ta’ ħidma tal-Aġenzija (Ingliż)
  • L-applikanti ma wettqux traineeship qabel fil-EUSPA.

Tul tal-kuntratt 6 xhur

Possibbiltà ta’ tiġdid: iva

Bi ħlas: iva. €1,200 (Għotja ta’ kull xahar)

Aktar tagħrif: https://www.euspa.europa.eu/traineeship-listing