Home > Job opportunities > Institutions and agencies > (GSA) L-Aġenzija tas-Sistemi Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita Ewropea

(GSA) L-Aġenzija tas-Sistemi Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita Ewropea

Il-GSA hija responsabbli biex tikseb l-ogħla redditu fuq l-investiment fis-Sistemi Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita Ewropej, f’termini ta’ benefiċċju għall-utenti u t-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività.

Traineeship

Traineeship fid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani

Miftuħa għal applikazzjoni: 07/06/2019
Data tal-għeluq: 30/06/2020 - 12:00(ħin ta' Brussell)
Postijiet: Praga (Ir-Repubblika Ċeka)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Skont il-qasam tar-riżorsi umani (HR) li jiġi assenjat fih, it-trainee se jkun mistenni li:

  • Jappoġġja l-eżekuzzjoni ta’ programmi, proċessi, komunikazzjonijiet u inizjattivi strateġiċi oħra tar-riżorsi umani li jistgħu jinkludu:
    • Assistenza fl-aspetti kollha tar-reklutaġġ
    • Assistenza fl-integrazzjoni ta' impjegati ġodda
    • Assistenza fl-amministrazzjoni tal-benefiċċji kif meħtieġ
    • Assistenza fl-avvenimenti ta’ Tagħlim u Żvilupp tal-HR tal-impjegati kollha
  • Appoġġ amministrattiv ieħor skont il-ħtieġa u r-rekwiżiti (eż. assistenza lit-tim tal-HR fl-immaniġġjar tad-dokumenti u tal-fajls).

Il-qasam ta’ assenjament fi ħdan l-HR jista’ jinbidel kif meħtieġ skont il-ħtiġijiet tal-Aġenzija.

It-traineeships

Data tal-għeluq: (ħin ta' Brussell)
Postijiet: Praga (Ir-Repubblika Ċeka), Toulose (France)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Tul: 6 xhur

Possibbiltà ta 'tiġdid: Iva

Data tal-bidu mixtieqa: l-1 ta 'kull xahar, skond il-ħtiġijiet ta' l-Aġenzija

Min jista’ japplika:

  • Gradwati universitarji li huma ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni. 
  • Il-kandidati għandu jkollhom għarfien tajjeb ta’ tnejn mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
  • L-applikanti qabel ma wettqux apprendistat fil-GSA

Bi ħlas: Iva. EUR 1000 (Għotja ta’ kull xahar)