Paġna ewlenija > Opportunitajiet ta' xogħol > Institutions and agencies > Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea (EU-RAIL)

Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea (EU-RAIL)

L-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea (EU-RAIL) hija sħubija pubblika-privata bejn l-Unjoni Ewropea u s-settur ferrovjarju, stabbilita bil-ħsieb li tikkontribwixxi għall-prijoritajiet tal-Politika tal-Unjoni Ewropea u b’mod aktar speċifiku l-Istrateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti.

L-EU-RAIL hija s-suċċessur legali u universali tal-Impriża Konġunta Shift2Rail (S2R JU) u hija strutturata madwar żewġ pilastri ewlenin: il-Pilastru tal-Innovazzjoni u l-Pilastru tas-Sistema, ikkumplimentati mill-Grupp ta’ Varar. Hija għandha l-għan li tikseb trasformazzjoni ambizzjuża tal-ferroviji b’soluzzjonijiet innovattivi li mistennija jibdew jidħlu fl-ambjent operattiv mill-orizzont 2025-2026.

Sal-2031, l-EU-RAIL se tkun implimentat attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni li jammontaw għal €2.2 biljun mill-istabbiliment tal-S2R fl-2016.