Home > Job opportunities > Institutions and agencies > Il-Bank Ċentrali Ewropew

Il-Bank Ċentrali Ewropew

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) huwa l-bank ċentrali ta’ 19-il pajjiż tal-Unjoni Ewropea li adottaw l-euro. Il-kompitu prinċipali tagħna huwa li nżommu l-istabbiltà tal-prezzijiet fiż-żona tal-euro u b’hekk nippreservaw il-kapaċità tal-akkwist tal-munita unika.

Traineeship

Il-Bank Ċentrali Ewropew

Postijiet: Frankfurt (Germany)
Istituzzjoni/Aġenzija: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Il-programm tat-traineeship tal-BĊE joffrilek opportunità biex tipprattika l-għarfien li ksibt waqt l-istudji tiegħek u jkollok fehim aħjar ta’ x’jinvolvi li tkun taħdem għall-Ewropa. Bħala trainee se tikseb tagħrif dwar l-attivitajiet tal-BĊE u se tikkontribwixxi għall-missjoni tal-BĊE. Se twettaq ukoll kompiti taħt superviżjoni. Dawn se jvarjaw skont l-unità li tingħaqad magħha. Xi eżempji jinkludu r-riċerka, it-tfassil ta’ abbozzi ta' rapporti, il-ġabra ta’ data statistika, it-twettiq ta’ kompiti operazzjonali u l-parteċipazzjoni fi studji ad hoc.

Min jista’ japplika: ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE jew ta’ pajjiż aderenti li lestew tal-inqas l-ewwel ċiklu ta’ kwalifikazzjoni (lawrja tal-baċċellerat)

Tul: minn 3 sa 6 xhur (jista’ jittawwal darba għal total ta’ 12-il xahar)

Bi ħlas: iva. Madwar €1,050 fix-xahar

Dati tal-Bidu: il-ħin kollu