Sabiex ikunu jistgħu japplikaw għal din il-kompetizzjoni, il-kandidati għandhom tal-anqas ikollhom l-ewwel grad universitarju. Madankollu, jekk int tinsab fis-sena finali tal-istudji tiegħek dan tajjeb ukoll! Tassew, għandek tikseb il-grad tiegħek sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2017.
M’hemm ebda qasam speċifiku mitlub għal din il-kompetizzjoni, dan ifissser li jkun xi jkun l-ewwel grad (jew ogħla minnu) dan hu aċċettat. Fl-2015 kellna kandidati minn kull sfond: xjenza politika, storja tal-arti, inġinerija, mediċina, matematika, lingwi, filosofija, edukazzjoni eċċ. Fil-fatt inħossu bi sħiħ li din il-kompetizzjoni AD 5 tirrifletti l-motto tagħna: Uniti fid-diversità!
Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok żur eu-careers.eu
Referenza: