Home > Job opportunities > Messaġġ lill-kandidati kollha li applikaw għall-Kompetizzjoni tal-Amministraturi Gradwati EPSO/AD/338/17

Messaġġ lill-kandidati kollha li applikaw għall-Kompetizzjoni tal-Amministraturi Gradwati EPSO/AD/338/17

Jekk jogħġbok aqra dawn il-punti b’attenzjoni:

  • Ippermetti ħin suffiċjenti biex tiffinalizza u tivvalida l-formola ta’ applikazzjoni tiegħek.
  • Ftakar li għandek tiffinalizza t-tieni parti tal-applikazzjoni tiegħek sal-31 ta’ Mejju 2017 – 12:00 CET. Hi r-responsabbiltà tiegħek li tivvalida l-applikazzjoni tiegħek qabel id-data tal-għeluq. L-EPSO ma jistax jaċċetta applikazzjonijiet minn kandidati li jonqsu li jikkonformaw mad-data tal-għeluq.
  • Għandek timla t-tieni parti tal-formola ta’ applikazzjoni bil-lingwa li għażilt bħala l-lingwa 2 tiegħek.
  • Il-mistoqsijiet mibgħutin lis-Servizz ta’ Kuntatt tal-Kandidati wara l-Ħadd, 28/05/2017 għandhom imnejn ma jitwiġbux qabel id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni (l-Erbgħa, 31/05/2017 – 12:00 CET).
  • Issa hu tard wisq li tibda applikazzjoni ġdida għal din il-kompetizzjoni. Huma biss il-kandidati li jivvalidaw l-ewwel parti tal-applikazzjoni tagħhom qabel it-03/05/2017, li jitħallew jiffinalizzawha.
Referenza: 
Data tal-post : 22/05/2017 - 16:26
Aġġorna d-data : 12/12/2018 - 18:14