Home > Job opportunities > Applikajt għall-kompetizzjoni tat-Tradutturi tal-2017?

Applikajt għall-kompetizzjoni tat-Tradutturi tal-2017?

Fadallek ġimgħa biss biex tiffinalizza l-applikazzjoni tiegħek! Mhuwiex tard wisq, kun ċert li l-applikazzjoni tiegħek hi kompluta u li tissottomettiha sa 12 nofsinhar ħin ta’ Brussell (11 am GMT) tat-Tlieta, 5 ta’ Settembru 2017. Tistenniex sal-aħħar jum peress li tkun qed tirriskja traffiku qawwi fuq is-sit web tagħna!

Jekk jogħġbok iċċekkja li għad għandek aċċess għall-kont tal-EPSO tiegħek (jew oħloq wieħed!) u ibgħat kull mistoqsija li jista’ jkollok lis-Servizz ta’ Kuntatt tal-Kandidati sal-1 ta’ Settembru peress li l-mistoqsijiet li jintbagħtu wara din d-data jistgħu jkunu għadhom ma twiġbux sal-iskadenza għar-reġistrazzjoni.

Biex tapplika, żur:

Tradutturi fil-lingwa Ġermaniża

Tradutturi fil-lingwa Franċiża

Tradutturi fil-lingwa Taljana

Tradutturi fil-lingwa Olandiża,

Data tal-post : 28/08/2017 - 10:29
Aġġorna d-data : 28/11/2018 - 14:20