Issa tista’ tiffinalizza l-applikazzjoni tiegħek għall-kompetizzjoni għas-segretarji u l-iskrivani. Jekk jogħġbok aqra dawn il-punti b’attenzjoni:
- Ħalli ħin suffiċjenti biex tiffinalizza u tivvalida l-formola tal-applikazzjoni tiegħek.
- Ftakar li għandek tiffinalizza t-tieni parti tal-applikazzjoni tiegħek sal-31 ta’ Jannar 2018 – 12:00 CET. Hi r-responsabbiltà tiegħek li tivvalida l-applikazzjoni tiegħek qabel id-data tal-għeluq. L-EPSO ma jistax jaċċetta applikazzjonijiet minn kandidati li jonqsu li jirrispettaw id-data tal-għeluq.
- Għandek timla t-tieni parti tal-formola tal-applikazzjoni bil-lingwa li għażilt bħala l-lingwa 2 tiegħek.
- Il-mistoqsijiet li jintbagħtu lis-Servizz ta’ Kuntatt tal-Kandidati wara l-Ħadd, 28/01/2018 għandhom mnejn ma jitwiġbux qabel id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni (l-Erbgħa, 31/01/2018 – 12:00 CET).
- Issa hu tard wisq biex tibda applikazzjoni ġdida għal din il-kompetizzjoni. Huma biss il-kandidati li vvalidaw l-ewwel parti tal-applikazzjoni tagħhom qabel it-12/12/2017, li jistgħu jiffinalizzawha.
Jekk jogħġbok iċċekkja l-paġna rilevanti tal-kompetizzjoni fuq EPSO/AST-SC/06/17 - SC 1 jew EPSO/AST-SC/06/17 - SC 2 u l-FAQs tagħna għal aktar informazzjoni dettaljata.