Home > Job opportunities > Psssst, iż-żmien qed jagħfas! Applika issa għall-Kompetizzjoni AD5 għall-Gradwati tal-2018!

Psssst, iż-żmien qed jagħfas! Applika issa għall-Kompetizzjoni AD5 għall-Gradwati tal-2018!

Baqa’ biss ġimgħa u għalhekk wasal il-ħin biex tiddeċiedi x’tip ta’ applikant tixtieq tkun. Li tħalli għall-aħħar mument bir-riskju ta’ komplikazzjonijiet jew li tuża dan il-ftit żmien li baqa’ billi tqatta’ ftit minuti biex tlesti r-reġistrazzjoni tiegħek.

Id-deċiżjoni f’idejk. Jekk jogħġbok iċċekkja li għad għandek aċċess għall-kont tal-EPSO tiegħek u ftakar li tista’ tibgħat kwalunkwe mistoqsija li jista’ jkollok lis-Servizz ta’ Kuntatt tal-Kandidati sat-8 ta’ April. Il-mistoqsijiet mibgħuta wara din id-data ma jkunux jistgħu jitwieġbu qabel l-iskadenza għar-reġistrazzjoni (10.04/2018 – 12:00 ħin ta’ Brussell).

Biex tapplika -> graduates.eu-careers.eu

Referenza: 
Data tal-post : 04/04/2018 - 16:02
Aġġorna d-data : 28/11/2018 - 14:20