Home > Job opportunities > Messaġġ lill-kandidati kollha li applikaw għall-Kompetizzjoni AD5 għall-Gradwati tal-2018

Messaġġ lill-kandidati kollha li applikaw għall-Kompetizzjoni AD5 għall-Gradwati tal-2018

Jekk jogħġbok aqra dawn il-punti b’attenzjoni:

  • Ħalli ħin suffiċjenti biex tiffinalizza u tivvalida l-formola tal-applikazzjoni tiegħek.
  • Ftakar li għandek tiffinalizza t-tieni parti tal-applikazzjoni tiegħek sat-03/05/18 – 12:00 CEST. Hi r-responsabbiltà tiegħek li tivvalida l-applikazzjoni tiegħek qabel id-data tal-għeluq. L-EPSO ma jistax jaċċetta applikazzjonijiet minn kandidati li jonqsu li jirrispettaw id-data tal-għeluq.
  • Għandek timla t-tieni parti tal-formola tal-applikazzjoni bil-lingwa li għażilt bħala l-lingwa 2 tiegħek.
  • Il-mistoqsijiet li jintbagħtu lis-Servizz ta’ Kuntatt tal-Kandidati wara t-30/04/2018 għandhom imnejn ma jitwiġbux qabel id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni (03/05/2018 – 12:00 CET).
  • Issa hu tard wisq biex tibda applikazzjoni ġdida għal din il-kompetizzjoni. Huma biss il-kandidati li vvalidaw l-ewwel parti tal-applikazzjoni tagħhom qabel l-10/04/2018, li jistgħu jiffinalizzawha.
Referenza: 
Data tal-post : 18/04/2018 - 14:48
Aġġorna d-data : 28/11/2018 - 14:20