Il-profil ĠDID li ġej ġie inkluż fil-proċedura ta’ selezzjoni tal-“CAST Permanenti”:
EPSO/CAST/P/19/2018 - Persunal tal-Kura tat-Tfal - FG II
Il-kandidati jistgħu japplikaw hawnhekk mis-16 ta’ April 2018 u jikkonsultaw l-Addendum għas-Sejħa u s-Sejħa fl-istess paġna.
L-istituzzjonijiet qed ifittxu persunal biex iwettaq kompiti taħt il-kategoriji li ġejjin: Edukaturi/persuni li jieħdu ħsieb it-tfal għal faċilitajiet ta’ wara l-iskola u għal faċilitajiet tal-kura tat-tfal fil-beraħ, Għalliema tal-kindergarten, Infermieri tan-nursery/ħaddiema tal-kura tat-tfal għal tfal bl-etajiet bejn 0-3 fi crèches, eċċ.
Jekk jogħġbok kun żgur li toħloq formola ta’ applikazzjoni dettaljata sabiex tgħin lil dawk li jirreklutaw isibu l-aħjar kandidati.