Twissija ta’ scam: offerti ta’ impjiegi frodulenti

Inġibditilna l-attenzjoni li qed jiġu offruti impjiegi b’mod frodulenti li jiddikjaraw b'mod falz li qed jinħarġu mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO). Aħna nħeġġuk li tqis suspettużi l-emails, it-telefonati, u l-messaġġi mhux mitluba li jitolbu għal informazzjoni personali jew xi pagament finanzjarju. Taħt l-ebda ċirkostanza m’għandek taqsam id-dettalji personali tiegħek, tieħu xi azzjoni jew tagħmel pagamenti abbażi ta’ dawn il-komunikazzjonijiet frodulenti. L-EPSO qatt mhu se jitolbok tħallas xi tariffa.

Il-proċeduri tal-għażla kollha tagħna huma ppubblikati fuq is-sit web tagħna. Jekk b’xi mod jidħollok dubju jew issir taf bi kwalunkwe użu mhux xieraq tal-isem tal-EPSO, jekk jogħġbok irrappurtah billi tikkuntattjana mill-ewwel.

Data tal-post : 13/11/2018 - 17:21
Aġġorna d-data : 12/12/2018 - 17:54