Paġna ewlenija > Opportunitajiet ta' xogħol > Aħbarijiet > EU Careers – Kwestjonarju qasir

EU Careers – Kwestjonarju qasir

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal hu responsabbli biex jagħżel l-istaff li jaħdem għall-istituzzjonijiet tal-UE. Bħalissa qed infittxu li ntejbu l-informazzjoni u l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni għaċ-ċittadini tal-UE interessati f’karriera mal-UE, kif ukoll għall-kandidati fil-proċeduri ta’ selezzjoni tagħna.

Bħala parti minn dan il-proċess, nixtiequ nkunu nafu x’taħseb! Hawn taħt issib link għall-istħarriġ tagħna, li hu għal kollox anonimu u għandu jieħu biss 5–10 minuti mill-ħin tiegħek. Aħna nieħdu t-tweġibiet tiegħek b’serjetà kbira, għalhekk il-feedback tiegħek jintlaqa’ tajjeb.

Grazzi!

Aċċessa l-istħarriġ (disponibbli b’24 lingwa)

Data tal-post : 06/04/2020 - 13:30
Aġġorna d-data : 06/04/2020 - 12:35