It-tieni perjodu ta’ ttestjar għall-kandidati li ma setgħux jagħmlu t-testijiet ta’ mistoqsijiet b’għażla multipla bbażati fuq il-kompjuter f’Novembru/Diċembru 2020 se jsir f’Marzu 2021.
Ir-riżultati tat-testijiet bil-kompjuter se jiġu inklużi fil-profili tal-EPSO tal-kandidati kollha ladarba jitlesta l-ittestjar.
Nissuġġerixxu li l-kandidati jiċċekkjaw regolarment il-profil tal-EPSO tagħhom u l-paġna rilevanti fuq is-sit web tagħna għal aġġornamenti dwar il-kompetizzjoni tagħhom.