Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea - Programm ta' Azzjoni Pożittiva għal Trainees b'diżabbiltà

Paġna ewlenija > Opportunitajiet ta' xogħol > Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea - Programm ta' Azzjoni Pożittiva għal Trainees b'diżabbiltà
Open for application: 
15/02/2022
Application closes / deadline: 
15/03/2022 - 12:00(ħin ta' Brussell)
Institution/Agency: 
Type of contract: 

 

Ix-xogħol ta’ kuljum ta’ trainee jiddependi fuq il-ħtiġijiet tas-servizz u ġeneralment ikun ekwivalenti għal dak tal-uffiċjali amministraturi fil-bidu tal-karriera tagħhom, eż.: it-tħejjija tal-laqgħat u l-abbozzar tal-minuti, l-attendenza fil-laqgħat tal-Coreper u l-korpi ta’ tħejjija tal-Kunsill, ir-riċerka fuq proġett partikolari, it-traduzzjoni ta’ dokumenti, il-ġbir tad-dokumentazzjoni, il-kitba tar-rapporti. It-trainees se jiġu mistiedna wkoll biex jipparteċipaw fi programm ta’ studju li jinkludi żjarat u konferenzi f’istituzzjonijiet oħra tal-UE fi Brussell, il-Lussemburgu u Strasburgu.

Min jista’ japplika: Dawn it-traineeships huma riżervati għall-gradwati u għal studenti universitarji tat-tielet, ir-raba’ jew il-ħames sena b’nazzjonalità tal-UE b’diżabbiltà rikonoxxuta.

Tul: 5 xhur 

Bi ħlas: Iva. €1,220.78 fix-xahar, rimborż ta’ spejjeż ta’ vjaġġar u kard tat-traħħis tar-restorant tas-SĠK. Meta jippreżentaw il-ġustifikazzjoni xierqa, it-trainees b’diżabbiltà jistgħu jirċievu ammont supplimentari sa nofs l-għotja tat-traineeship.

Dati tal-Bidu:

  • 1 ta’ Frar (perjodu ta’ applikazzjoni madwar Settembru/Ottubru - iċċekkja f’dak il-mument għad-dati finali).
  • 1 ta’ Settembru (perjodu ta’ applikazzjoni madwar Frar/Marzu - iċċekkja f’dak il-mument għad-dati finali).