Traineeships

Jekk tixtieq tieħu idea ta’ karriera mal-istituzzjonijiet tal-UE, għax ma tapplikax għal traineeship?

Kull sena, madwar 1,900 żagħżugħ u żagħżugħa jingħataw l-opportunità li jtejbu l-ħiliet professjonali tagħhom, jiżviluppaw il-kwalitajiet personali tagħhom u jżidu l-għarfien tagħhom dwar l-UE permezz tal-programmi tat-trainees tal-UE. Ħafna mill-istituzzjonijiet tal-UE jorganizzaw traineeships għall-gradwati żgħażagħ, u kull waħda normalment iddum bejn 3 u 5 xhur.

It-traineeships huma disponibbli f’firxa wiesgħa ta’ oqsma u joffru ħafna tagħrif dwar il-ħidma tal-UE. Il-kontenut tal-impjieg fil-biċċa l-kbira jiddependi fuq is-servizz fejn tiġi assenjat. Ikunu disponibbli opportunitajiet fl-oqsma tal-liġi tal-kompetizzjoni, ir-riżorsi umani, il-politika ambjentali, il-komunikazzjoni u ħafna aktar.

Il-proċeduri tal-għażla għat-traineeships isiru mill-istituzzjonijiet u l-aġenziji individwali tal-UE stess. Hawn taħt tista’ tara xi wħud mill-opportunitajiet disponibbli. Jekk jogħġbok innota li forsi mhux l-opportunitajiet kollha disponibbli qed jintwerew fuq dan is-sit.

 


Traineeships Schuman

Postijiet: Brussell (il-Belġju), Lussemburgu (il-Lussemburgu), Bliet oħra tal-UE, Strasburgu (Franza)
Istituzzjoni/Aġenzija: Parlament Ewropew
Tip ta' kuntratt: Apprendist

L-għan tat-traineeships Schuman hu li jikkontribwixxu għall-edukazzjoni Ewropea u t-taħriġ vokazzjonali taċ-ċittadini tal-UE u li jipprovdu ħarsa lejn il-ħidma tal-Parlament Ewropew.

Min jista’ japplika: gradwati universitarji ta’ 18-il sena jew aktar. Il-kandidati għandu jkollhom għarfien profond ta’ żewġ lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u ma jridux ikunu ħadmu għal aktar minn xahrejn konsekuttivi ma’ istituzzjoni jew korp tal-UE.

Tul: 5 xhur

Bi ħlas: iva. Madwar €1,300

Dati tal-bidu: l-1 ta’ Marzu u l-1 ta’ Ottubru

Aktar tagħrif: https://ep-stages.gestmax.eu/website/homepage


Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea - Traineeships bi ħlas

Postijiet: Brussell (il-Belġju)
Istituzzjoni/Aġenzija: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Ix-xogħol ta’ kuljum ta’ trainee jiddependi fuq il-ħtiġijiet tas-servizz u ġeneralment ikun ekwivalenti għal dak tal-uffiċjali amministraturi fil-bidu tal-karriera tagħhom, eż.: it-tħejjija tal-laqgħat u l-abbozzar tal-minuti, l-attendenza fil-laqgħat tal-Coreper u l-korpi ta’ tħejjija tal-Kunsill, ir-riċerka fuq proġett partikolari, it-traduzzjoni ta’ dokumenti, il-ġbir tad-dokumentazzjoni, il-kitba tar-rapporti. It-trainees jiġu mistiedna jipparteċipaw fi programm ta’ studju li jinkludi żjarat u konferenzi f’istituzzjonijiet oħrajn tal-UE fi Brussell, il-Lussemburgu u Strasburgu.

Min jista’ japplika: iċ-ċittadini tal-UE li, sal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, ikunu lestew tal-inqas l-ewwel parti tal-istudji universitarji tagħhom u għandhom ċertifikat tal-lawrja jew ekwivalenti.

Tul: 5 xhur.

Bi ħlas: iva. €1,220.78 fix-xahar, rimborż ta’ spejjeż ta’ vjaġġar u kard tat-traħħis tar-restorant tas-SĠK.

Dati tal-Bidu:

  • l-1 ta’ Frar (il-perjodu ta’ applikazzjoni madwar Awwissu/Settembru - iċċekkja dak iż-żmien għad-dati finali).
  • l-1 ta’ Settembru (il-perjodu ta’ applikazzjoni madwar Frar/Marzu - iċċekkja dak iż-żmien għad-dati finali)

Aktar tagħrif: http://www.consilium.europa.eu/en/trainee/

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea - Traineeships mingħajr ħlas

Postijiet: Brussell (il-Belġju)
Istituzzjoni/Aġenzija: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Ix-xogħol ta’ kuljum ta’ trainee jiddependi fuq il-ħtiġijiet tas-servizz u ġeneralment ikun ekwivalenti għal dak tal-uffiċjali amministraturi li għadhom jibdew fil-bidu tal-karriera tagħhom, eż.: it-tħejjija tal-laqgħat u l-abbozzar tal-minuti, l-attendenza fil-laqgħat tal-Coreper u l-korpi ta’ tħejjija tal-Kunsill, ir-riċerka fuq proġett partikolari, it-traduzzjoni ta’ dokumenti, il-ġbir tad-dokumentazzjoni, il-kitba tar-rapporti. It-trainees se jiġu mistiedna wkoll biex jipparteċipaw fi programm ta’ studju li jinkludi żjarat u konferenzi f’istituzzjonijiet oħra tal-UE fi Brussell, il-Lussemburgu u Strasburgu.

Min jista’ japplika: dawn it-traineeships huma rriservati għall-istudenti universitarji ċittadini tal-UE tat-tielet, ir-raba’ jew il-ħames sena li jridu jagħmlu perjodu ta’ taħriġ obbligatorju bħala parti mill-kors tagħhom.

Tul: minn xahrejn sa 5 xhur 

Bi ħlas: le. Jingħata rimborż għall-indennizz tal-ivvjaġġar. Kard għal tnaqqis fir-ristorant tas-SĠK. Assikurazzjoni tas-saħħa/tal-aċċidenti.

Dati tal-Bidu:

  • l-1 ta’ Frar (perjodu ta’ applikazzjoni madwar Settembru/Ottubru - iċċekkja f’dak il-mument għad-dati finali).
  • l-1 ta’ Settembru (perjodu ta’ applikazzjoni madwar Frar/Marzu - iċċekkja f’dak il-mument għad-dati finali).

Aktar tagħrif: http://www.consilium.europa.eu/en/trainee/

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea - Programm ta' Azzjoni Pożittiva għal Trainees b'diżabbiltà

Postijiet: Brussell (il-Belġju)
Istituzzjoni/Aġenzija: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Tip ta' kuntratt: Apprendist

 

Ix-xogħol ta’ kuljum ta’ trainee jiddependi fuq il-ħtiġijiet tas-servizz u ġeneralment ikun ekwivalenti għal dak tal-uffiċjali amministraturi fil-bidu tal-karriera tagħhom, eż.: it-tħejjija tal-laqgħat u l-abbozzar tal-minuti, l-attendenza fil-laqgħat tal-Coreper u l-korpi ta’ tħejjija tal-Kunsill, ir-riċerka fuq proġett partikolari, it-traduzzjoni ta’ dokumenti, il-ġbir tad-dokumentazzjoni, il-kitba tar-rapporti. It-trainees se jiġu mistiedna wkoll biex jipparteċipaw fi programm ta’ studju li jinkludi żjarat u konferenzi f’istituzzjonijiet oħra tal-UE fi Brussell, il-Lussemburgu u Strasburgu.

Min jista’ japplika: Dawn it-traineeships huma riżervati għall-gradwati u għal studenti universitarji tat-tielet, ir-raba’ jew il-ħames sena b’nazzjonalità tal-UE b’diżabbiltà rikonoxxuta.

Tul: 5 xhur 

Bi ħlas: Iva. €1,220.78 fix-xahar, rimborż ta’ spejjeż ta’ vjaġġar u kard tat-traħħis tar-restorant tas-SĠK. Meta jippreżentaw il-ġustifikazzjoni xierqa, it-trainees b’diżabbiltà jistgħu jirċievu ammont supplimentari sa nofs l-għotja tat-traineeship.

Dati tal-Bidu:

  • 1 ta’ Frar (perjodu ta’ applikazzjoni madwar Settembru/Ottubru - iċċekkja f’dak il-mument għad-dati finali).
  • 1 ta’ Settembru (perjodu ta’ applikazzjoni madwar Frar/Marzu - iċċekkja f’dak il-mument għad-dati finali).

Aktar tagħrif: http://www.consilium.europa.eu/en/trainee/


It-traineeships

Postijiet: Brussell (il-Belġju), Grange (l-Irlanda), Lussemburgu (il-Lussemburgu)
Istituzzjoni/Aġenzija: Il-Kummissjoni Ewropea
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Il-programm ta’ traineeship tal-Kummissjoni Ewropea huwa miftuħ għall-gradwati tal-università mid-dinja kollha.

It-traineeships huma disponibbli f’firxa wiesgħa ta’ oqsma u joffru ħafna tagħrif dwar il-ħidma tal-UE. Il-kontenut tal-impjieg fil-biċċa l-kbira jiddependi fuq is-servizz fejn tiġi assenjat. Ikunu disponibbli opportunitajiet fl-oqsma tal-liġi tal-kompetizzjoni, ir-riżorsi umani, il-politika ambjentali, il-komunikazzjoni u ħafna aktar.

It-trainees jingħataw l-istess tip ta’ kompiti bħall-gradwati li għadhom kif ġew reklutati. Fil-prattika, dan jista’ jfisser li tkun qed torganizza gruppi ta’ ħidma u laqgħat, tiġbor l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni, tipprepara rapporti u twieġeb mistoqsijiet, kif ukoll tipparteċipa f’laqgħat tal-unità u avvenimenti oħra. Se jkun hemm ukoll kompiti aktar speċifiċi għal dipartiment partikolari – l-avukati fil-Kummissjoni se jkunu qed jagħmlu affarijiet differenti mill-ekonomisti fil-Qorti tal-Awdituri jew il-ġeneralisti fil-Parlament.

Min jista’ japplika: jistgħu japplikaw gradwati ta’ kwalunkwe dixxiplina sakemm il-lawrja tkun diġà ngħatat (normalment jista’ jingħata transkritt jekk iċ-ċertifikat ikun għadu ma ngħatax). Iċ-ċittadinanza tal-UE mhix obbligatorja (hu riżervat għadd żgħir ta’ postijiet għal ċittadini li mhumiex tal-UE), iżda ġeneralment trid tkun taf żewġ lingwi tal-UE. L-esperjenza ta’ xogħol u l-edukazzjoni postuniversitarja huma ta’ vantaġġ, iżda normalment mhumiex neċessarji.

Tul: 5 xhur

Bi ħlas: iva. €1,176.83 mill-1 ta’ Marzu 2018 u r-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar.

Dati tal-bidu: l-1 ta’ Marzu u l-1 ta’ Ottubru 

Aktar tagħrif: https://ec.europa.eu/stages/


Traineeships tal-Interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Postijiet: Lussemburgu (il-Lussemburgu)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

It-traineeships tal-interpretazzjoni huma primarjament immirati għall-interpreti tal-konferenzi li jkunu għadhom kif ikkwalifikaw u li l-kombinazzjoni tal-lingwi tagħhom tkun ta’ interess għad-Direttorat tal-Interpretazzjoni. L-għan hu li l-interpreti li jkunu għadhom kif ikkwalifikaw ikunu taħt superviżjoni waqt li jipperfezzjonaw il-ħiliet ta’ interpretazzjoni tagħhom, speċjalment fl-interpretazzjoni legali, li tinvolvi t-tħejjija tal-fajls tal-każijiet, riċerka terminoloġika u eżerċizzji prattiċi ġewwa “kabina silenzjuża”.

Min jista’ japplika: interpreti tal-konferenzi li jkunu għadhom kif iggradwaw b’diploma fl-interpretazzjoni tal-konferenzi u li jafu jaqraw bil-Franċiż.

Tul: 10-12-il ġimgħa

Aktar tagħrif: https://curia.europa.eu/jcms/jcms/Jo2_7008/

It-traineeships

Postijiet: Lussemburgu (il-Lussemburgu)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Kull sena, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea toffri għadd limitat ta’ traineeships bi ħlas li jdumu ħames xhur. Ġeneralment it-traineeships isiru fid-Direttorat għat-Traduzzjoni Legali, id-Direttorat għar-Riċerka u d-Dokumentazzjoni, id-Direttorat tal-Komunikazzjoni, id-Direttorat tal-Protokoll u ż-Żjarat, l-uffiċċju tal-Konsulent Legali għall-każijiet amministrattivi, ir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali jew id-Direttorat tal-Interpretazzjoni.

Min jista’ japplika: gradwati fil-liġi jew fix-xjenzi politiċi (kontenut prinċipali, il-liġi) b’għarfien tal-Franċiż.

Tul: 5 xhur

Bi ħlas: iva. Madwar €1,120 fix-xahar. 

Dati tal-Bidu: l-1 ta’ Marzu u l-1 ta’ Ottubru 

Aktar tagħrif: https://curia.europa.eu/jcms/jcms/Jo2_7008/en/


Il-Bank Ċentrali Ewropew

Postijiet: Frankfurt (Germany)
Istituzzjoni/Aġenzija: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Il-programm tat-traineeship tal-BĊE joffrilek opportunità biex tipprattika l-għarfien li ksibt waqt l-istudji tiegħek u jkollok fehim aħjar ta’ x’jinvolvi li tkun taħdem għall-Ewropa. Bħala trainee se tikseb tagħrif dwar l-attivitajiet tal-BĊE u se tikkontribwixxi għall-missjoni tal-BĊE. Se twettaq ukoll kompiti taħt superviżjoni. Dawn se jvarjaw skont l-unità li tingħaqad magħha. Xi eżempji jinkludu r-riċerka, it-tfassil ta’ abbozzi ta' rapporti, il-ġabra ta’ data statistika, it-twettiq ta’ kompiti operazzjonali u l-parteċipazzjoni fi studji ad hoc.

Min jista’ japplika: ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE jew ta’ pajjiż aderenti li lestew tal-inqas l-ewwel ċiklu ta’ kwalifikazzjoni (lawrja tal-baċċellerat)

Tul: minn 3 sa 6 xhur (jista’ jittawwal darba għal total ta’ 12-il xahar)

Bi ħlas: iva. Madwar €1,050 fix-xahar

Dati tal-Bidu: il-ħin kollu

Aktar tagħrif: http://www.ecb.europa.eu/careers/what-we-offer/traineeship/html/index.en.html


It-traineeships

Miftuħa għal applikazzjoni: 01/05/2021 - 00:01
Data tal-għeluq: 30/06/2021 - 23:59(ħin ta' Brussell)
Postijiet: Lussemburgu (il-Lussemburgu)
Istituzzjoni/Aġenzija: Il-Qorti tal-Awdituri
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Il-Qorti tal-Awdituri Ewropea torganizza tliet sessjonijiet ta' traineeships kull sena fl-oqsma ta’ interess għal xogħolha.

Min jista’ japplika: ċittadini tal-UE li jew għandhom diploma f’livell universitarju rikonoxxut jew li lestew tal-inqas erba’ semestri ta’ studji universitarji f'qasam ta’ interess għall-Qorti (Awditjar, Baġit, Kontabilità, Amministrazzjoni, Riżorsi Umani, Traduzzjoni, Komunikazzjoni, Relazzjonijiet Internazzjonali, Legali).

Tul: 3, 4 jew 5 xhur

Bi ħlas: iva. Madwar €1.350 (skont l-approprjazzjonijiet tal-baġit disponibbli).

Dati tal-Bidu: l-1 ta’ Frar, l-1 ta’ Mejju u l-1 ta’ Settembru, kull sena.

Aktar tagħrif: https://www.eca.europa.eu/en/Pages/traineeshipcomplet.aspx


Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Postijiet: Bliet li mhumiex fl-UE
Tip ta' kuntratt: Apprendist

L-UE għandha tradizzjoni twila li toffri opportunitajiet ta’ traineeship fid-Delegazzjonijiet tal-UE fid-dinja kollha. It-traineeships huma essenzjalment stabbiliti għall-benefiċċju tal-istudenti u l-gradwati żgħażagħ. Huma proġett edukattiv li ma jipprevedi ebda tip ta’ relazzjoni kuntrattwali jew ta’ impjieg mad-Delegazzjoni.

Min jista’ japplika: it-traineeships fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni tal-UE huma miftuħa għaċ-ċittadini tal-UE, iċ-ċittadini mill-pajjiżi kandidati li kkonkludew in-negozjati tal-adeżjoni mal-UE u ċ-ċittadini tal-pajjiż ospitanti, skont il-pilastru speċifiku. Għat-traineeships bi ħlas, l-applikanti jridu jkunu gradwati minn università jew stabbiliment tal-edukazzjoni għolja ekwivalenti b’tal-inqas livell tal-Baċellerat; għat-traineeships obbligatorji bla ħlas, l-applikanti jridu jkunu studenti tat-tielet, ir-raba’ jew il-ħames sena ta’ Università jew stabbiliment tal-edukazzjoni għolja ieħor. Il-kandidati jrid ikollhom il-kapaċità li jitkellmu bil-lingwa operattiva tad-Delegazzjoni tal-UE filwaqt li l-għarfien tal-lingwa uffiċjali tal-pajjiż ospitanti jkun ta’ vantaġġ qawwi.

Tul: massimu ta’ 6 xhur

Bi ħlas: għall-gradwati żgħażagħ b'inqas minn sena ta’ esperjenza professjonali.
Traineeship obbligatorja bla ħlas: għall-istudenti li diġà joqogħdu u jistudjaw fil-pajjiż ospitanti

Aktar tagħrif: https://eeas.europa.eu/headquarters/headquarters-homepage/39144/traineeship-eu-d...


Traineeships

Postijiet: Brussell (il-Belġju)
Istituzzjoni/Aġenzija: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew joffri traineeships lill-gradwati universitarji darbtejn fis-sena. Dawn il-perjodi ta’ taħriġ fuq il-post tax-xogħol joffru opportunità biex wieħed jitgħallem ir-rwoli u l-attivitajiet tal-KESE u biex tinkiseb esperjenza professjonali f’ambjent multikulturali.

Min jista’ japplika: Gradwati tal-università li huma ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Tul: 5 xhur

Bi ħlas: Iva. Madwar €1,190 fix-xahar

Dati tal-Bidu: is-16 ta’ Frar u s-16 ta’ Settembru

Aktar tagħrif: https://www.eesc.europa.eu/en/work-with-us/traineeships/long-term-traineeships

Traineeships għal perjodi qosra tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Postijiet: Brussell (il-Belġju)
Istituzzjoni/Aġenzija: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Xi kultant huma disponibbli traineeships mingħajr ħlas għal perjodi qosra mingħajr limitu tal-età.

Min jista’ japplika: studenti universitarji u gradwati reċenti

Tul: minn 1 sa 3 xhur

Bi ħlas: le

Dati tal-Bidu: il-ħin kollu

Aktar tagħrif: https://www.eesc.europa.eu/en/work-with-us/traineeships/short-term-traineeships


It-traineeships

Postijiet: Brussell (il-Belġju)
Istituzzjoni/Aġenzija: Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Jekk tagħmel traineeship mal-KtR tkun qiegħed fil-qalba tad-dinamika ta’ assemblea politika. Inti tiffamiljarizza ruħek mal-għanijiet u l-ħidma tal-KtR dwar l-integrazzjoni Ewropea. Kull trainee hu assenjat lil dipartiment speċifiku tal-KtR. In-natura tax-xogħol tiddependi fil-biċċa l-kbira fuq l-unità. Xi unitajiet għandhom orjentazzjoni aktar politika filwaqt li oħrajn huma aktar amministrattivi. B'mod ġenerali, it-tip ta’ xogħol assenjat hu ekwivalenti għal dak imwettaq minn uffiċjali tal-grad eżekuttiv baxx (AD5).

Min jista’ japplika: gradwati universitarji minn pajjiż membru tal-UE jew minn pajjiż li hu kandidat uffiċjali għall-adeżjoni, b’għarfien tajjeb ħafna ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE u għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa ta’ ħidma oħra tal-UE (il-Franċiż jew l-Ingliż)

Tul: 5 xhur

Bi ħlas: iva. Madwar €1,000 fix-xahar

Dati tal-Bidu: is-16 ta’ Frar u s-16 ta’ Settembru

Aktar tagħrif: https://cor.europa.eu/en/about/Pages/traineeships.aspx

L-internships għall-uffiċjali tal-gvern tal-Kumitat tar-Reġjuni

Postijiet: Brussell (il-Belġju)
Istituzzjoni/Aġenzija: Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Dawn l-internships huma maħsuba biex ikun hemm input tal-għarfien u l-esperjenza ta’ parti kkonċernata fil-proċessi ta’ politika tal-KtR, filwaqt li jingħata għarfien prattiku/feedback dwar il-ħidma tal-KtR lil-livelli lokali u reġjonali. Il-parteċipanti jieħdu idea ġenerali tal-għanijiet tal-kooperazzjoni u l-integrazzjoni Ewropea permezz tal-ħidma tal-KtR u jkollhom l-opportunità jaħdmu f’ambjent multikulturali u multilingwi.

Min jista’ japplika: uffiċjali minn awtoritajiet lokali, reġjonali jew nazzjonali fl-Istati Membri tal-UE jew minn pajjiż li hu kandidat uffiċjali għall-adeżjoni. Il-kandidati għandhom ikunu professjonisti li jaħdmu b’impjieg bi dmirijiet li jikkorispondu mal-livell ta’ Amministratur tal-UE.

Tul: minn xahar sa 4 xhur (jista’ jiġi estiż għal 6 xhur)

Bi ħlas: le. Ir-remunerazzjoni tingħata mill-istituzzjoni li tkun qed tibgħat.

Dati tal-Bidu: il-ħin kollu

Aktar tagħrif: https://cor.europa.eu/en/about/Pages/traineeships.aspx

Żjarat ta’ studju fuq perjodu qasir tal-Kumitat tar-Reġjuni

Postijiet: Brussell (il-Belġju)
Istituzzjoni/Aġenzija: Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Il-perjodi ta’ studju mal-KtR jippermettu lill-benefiċjarji jlestu proġett konkret filwaqt li jipprovdu esperjenza unika ta’ xogħol fuq il-post tal-ħidmiet tal-KtR. It-trainees jiksbu esperjenza prattika u għarfien tal-ħidma ta’ kuljum tad-dipartimenti tal-Kumitat u għandhom iċ-ċans li jaħdmu f’ambjent multikulturali u multilingwi.

Min jista’ japplika: ċittadini tal-UE jew ta’ Stat li hu kandidat uffiċjali għall-adeżjoni, li jkunu kisbu tal-inqas lawrja tal-Baċċellerat.

Tul: minn xahar sa 4 xhur (tista’ tiġi estiża sa 6 xhur skont ir-riżorsi disponibbli)

Bi ħlas: le

Aktar tagħrif: https://cor.europa.eu/en/about/Pages/traineeships.aspx


Traineeships

Postijiet: Lussemburgu (il-Lussemburgu)
Istituzzjoni/Aġenzija: (BEI) Il-Bank Ewropew tal-Investiment
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Il-BEI joffri numru limitat ta’ internships għal studenti universitarji u gradwati li jkunu jixtiequ jifhmu x-xogħol tal-Bank jew jiksbu esperjenza fil-qasam tal-istudji tagħhom. Hemm 4 programmi differenti ta’ internships: EIB, FEMIP, EPTATF u ACP.

Min jista’ japplika: Ċittadini tal-Istati Membri tal-UE u l-Pajjiżi Kandidati (attwalment: it-Turkija, is-Serbja u l-Montenegro), b’inqas minn sena esperjenza professjonali.

Tul: 1-5 xhur (6 xhur jekk ikun mitlub mill-Universitajiet).

Bi ħlas: Iva.

Dati tal-Bidu: 1 ta’ Frar/1 ta’ Marzu, 1 ta’ Settembru/1 ta’ Ottubru

Aktar tagħrif: https://www.eib.org/en/about/jobs/work-with-us/internships/index.htm

FEMIP (Faċilità Ewro-Mediterranja ta’ Sħubija dwar l-Investiment)

Postijiet: Lussemburgu (il-Lussemburgu)
Istituzzjoni/Aġenzija: (BEI) Il-Bank Ewropew tal-Investiment
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Min jista’ japplika? L-Alġerija, l-Eġittu, il-Palestina*, Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Marokk u t-Tuneżija.

Tul taż-żmien: 6 xhur (sa sena).

Bi ħlas: Iva.

Dati tal-Bidu: 1 ta’ Settembru/1 ta’ Ottubru

*Din id-deżinjazzjoni ma għandhiex tiġi interpretata bħala rikonoxximent ta’ Stat tal-Palestina u hi mingħajr ħsara għall-pożizzjonijiet individwali tal-Istati Membri dwar din il-kwistjoni.

Aktar tagħrif: https://www.eib.org/en/about/jobs/work-with-us/internships/femip.htm

ETPATF (Fond Fiduċjarju għall-Assistenza Teknika tas-Sħubija tal-Lvant)

Postijiet: Lussemburgu (il-Lussemburgu)
Istituzzjoni/Aġenzija: (BEI) Il-Bank Ewropew tal-Investiment
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Min jista’ japplika? L-Ażerbajġan - suġġett għall-Ftehim Qafas iffirmat - l-Armenja, il-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna.

Tul taż-żmien: 6 xhur (sa sena (1)).

Bi ħlas: Iva.

Dati tal-Bidu: 1 ta’ Settembru/1 ta’ Ottubru.

Aktar tagħrif: https://www.eib.org/en/about/jobs/work-with-us/internships/eptatf.htm

L-AKP (l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku)

Postijiet: Lussemburgu (il-Lussemburgu)
Istituzzjoni/Aġenzija: (BEI) Il-Bank Ewropew tal-Investiment
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Min jista’ japplika? l-Angola - Antigua u Barbuda - il-Belize - Cape Verde - Comoros - il-Bahamas - Barbados, il-Benin - il-Botswana - il-Burkina Faso - il-Burundi - il-Kamerun - ir-Repubblika Ċentru-Afrikana - iċ-Chad - Repubblika Demokratika tal-Kongo - ir-Repubblika tal-Kongo - il-Gżejjer Coo - il-Kosta tal-Avorju - il-Djibouti, Dominica - ir-Repubblika Dominicana - l-Eritrea - l-Etjop - Fiġi - il-Gabon - il-Gambja - il-Ghana - Grenada - ir-Repubblika tal-Guinea - il-Guinea-Bissau - il-Guyana - il-Haiti - il-Ġamajka - il-Kenja - Kiribati - il-Lesoto - il-Liberja - Madagascar - il-Malawi - il-Mali - il-Gżejjer Marshall - il-Mauritania - Mauritius - il-Mikroneżja - il-Mozambique - in-Namibja - Nauru - in-Niġer - in-Niġerja - Niue - Palau - Papua New Guinea - ir-Rwanda - Saint Kitts u Nevis - Santa Lucia - Saint Vincent u l-Grenadini - il-Gżejjer Solomon - Samoa - São Tomé u Príncipe - is-Senegal - is-Seychelles - Sierra Leone - is-Somalja - is-Suriname - Swaziland - it-Tanzanija - Timor Leste - it-Togo - Tonga - Trinidad u Tobago - Tuvalu - l-Uganda - Vanuatu - iż-Żambja - iż-Żimbabwe.

It-tul taż-żmien: 6 xhur (sa sena).

Bi ħlas: Iva.

Dati tal-Bidu: 1 ta’ Settembru/1 ta’ Ottubru.

Aktar tagħrif: https://www.eib.org/en/about/jobs/work-with-us/internships/acp.htm


Traineeships

Postijiet: Brussell (il-Belġju), Strasburgu (Franza)
Istituzzjoni/Aġenzija: L-Ombudsman Ewropew
Tip ta' kuntratt: Apprendist

L-Ombudsman Ewropew joffri traineeships lil gradwati universitarji jew tal-edukazzjoni għolja li għandhom interess partikolari fl-amministrazzjoni pubblika tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari, kif l-amministrazzjoni tal-UE tirrelata maċ-ċittadini.

It-traineeships huma intiżi biex jipprovdu esperjenza prattika tal-ħidma tal-Ombudsman Ewropew lil gradwati reċenti u biex jippermettilhom jibnu fuq l-għarfien u l-ħiliet li jkunu kisbu waqt l-istudji tagħhom. Il-kompiti tat-trainees, skont il-qasam tat-traineeship partikolari se jinkludu l-għoti ta’ assistenza fl-investigazzjoni tal-ilmenti, l-għoti ta’ assistenza fil-qasam tal-midja u tal-komunikazzjoni, il-ħidma fuq proġetti tal-IT jew fuq riċerka rilevanti għax-xogħol tal-Ombudsman. It-trainees se jaħdmu taħt is-superviżjoni diretta ta’ uffiċjal jew aġent tal-Ombudsman Ewropew, li normalment ikun il-Kap tal-Unità jew ekwivalenti.

Min jista’ japplika: Ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE, jew ta’ pajjiż kandidat għall-adeżjoni mal-UE, b’lawrja jew diploma ta’ mill-inqas 3 snin f’waħda mid-dixxiplini previsti mill-avviż tat-traineeship.

Tul: Massimu ta’ sena (skont il-prestazzjoni).

Bi ħlas: Iva. Madwar €1,300 fix-xahar fi Brussell u madwar €1,600 fix-xahar fi Strasburgu.

Dati tal-Bidu: L-1 ta’ Jannar u l-1 ta’ Settembru

Aktar tagħrif: https://www.ombudsman.europa.eu/en/office/careers


Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Postijiet: Brussell (il-Belġju)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Il-KEPD joffri l-opportunità lill-gradwati universitarji reċenti biex jipprattikaw l-għarfien miksub waqt l-istudji tagħhom, b’mod partikolari fl-oqsma speċifiċi tagħhom ta’ kompetenza. It-traineeships jippermettu lit-trainees jiksbu esperjenza prattika tal-attivitajiet ta’ kuljum tal-KEPD kif ukoll fil-protezzjoni tad-data.

Min jista’ japplika: ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE li lestew l-ewwel ċiklu tal-kors ta’ edukazzjoni għolja (tliet snin tal-edukazzjoni universitarja) u kisbu lawrja sħiħa jew l-ekwivalenti tagħha

Tul: 5 xhur 

Bi ħlas: iva. Madwar €950 fix-xahar

Dati tal-Bidu: l-1 ta’ Marzu u l-1 ta’ Ottubru

Aktar tagħrif: https://edps.europa.eu/about-edps/recruitment_en#traineeship


FRONTEX

Postijiet: Warsaw (Poland)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Il-Frontex tilqa’ applikazzjonijiet minn kandidati ferm motivati minn firxa ta’ sfondi edukattivi u professjonali biex jikkontribwixxu għax-xogħol tal-aġenzija skont l-għarfien espert u l-interessi tagħhom. Il-programm tat-traineeship tal-Frontex jipprovdi opportunità biex tinkiseb esperjenza ta’ xogħol prattiku ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea, biex jiġi akkwistat għarfien tal-Unjoni Ewropea, tal-istituzzjonijiet u l-attivitajiet tagħha u biex jiġi attwat fil-prattika l-għarfien akkwistat matul l-istudji jew ix-xogħol.

Min jista’ japplika: Iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jew mill-Pajjiżi Assoċjati ta’ Schengen, li lestew l-ewwel ċiklu u kisbu lawrja sħiħa jew ekwivalenti tagħha (lawrja mill-anqas ta’ 3 snin studju - minimu Baċellerat jew l-ekwivalenti tiegħu) ta’ kors ta’ edukazzjoni għolja (edukazzjoni universitarja, studji ekwivalenti għal dawk universitarji jew studji fl-infurzar tal-liġi) rilevanti għall-kompiti tal-Frontex.

Tul ta' żmien: 3-12-il xahar

Bi ħlas: Iva. Madwar €720 fix-xahar.

Dati tal-Bidu: Il-ħin kollu

Aktar tagħrif: https://frontex.europa.eu/careers/traineeships/about/


(EASA) L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni

Postijiet: Cologne (Germany)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

L-Aġenzija toffri opportunitajiet fl-oqsma kollha tal-organizzazzjoni kemm għall-gradwati kif ukoll għall-istudenti universitarji. Dawn l-opportunitajiet għandhom l-għan li jagħtu fehim tal-Aġenzija u r-rwol tagħha fi ħdan l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea.

Min jista’ japplika: Ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-EASA jew ta’ pajjiż bi status ta’ osservatur fil-Bord ta’ Ġestjoni tal-EASA li l-isfond tagħhom huwa rilevanti għall-attivitajiet tal-Aġenzija

Tul: 12-il xahar 

Bi ħlas: Iva.

Dati tal-Bidu: Il-ħin kollu

Aktar tagħrif: https://www.easa.europa.eu/the-agency/careers-working-for-us/traineeships-and-st...


(CEDEFOP) Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali

Postijiet: Thessaloniki (Greece)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

It-traineeship tas-Cedefop jimmira li jipprovdi l-gradwati universitarji u l-istudenti tal-PhD b’esperjenza unika u diretta tal-ħidmiet tas-Cedefop, b’mod partikulari, u tal-istituzzjonijiet tal-UE b’mod ġenerali. Barra minn hekk, hu jimmira li jipprovdi fehim tal-objettivi u tal-miri tal-proċessi u tal-politiki ta’ integrazzjoni tal-UE.

Min jista’ japplika: Iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u tal-pajjiżi kandidati, li lestew l-ewwel ċiklu ta’ kors ta’ edukazzjoni għolja (edukazzjoni universitarja) u akkwistaw lawrja sħiħa jew l-ekwivalenti tagħha.

Tul ta' żmien: 9 xhur

Bi ħlas: Iva. €919.4 fix-xahar għal trainees minn barra ’l pajjiż, kif ukoll għal trainees li għandhom ir-residenza tagħhom fil-Greċja li ċċaqalqu lejn Thessaloniki għat-tul ta’ żmien tat-traineeship u €689.5 fix-xahar għal trainees li diġà joqogħdu f’Thessaloniki.

Dati tal-Bidu: L-1 ta’ Ottubru

Aktar tagħrif: http://www.cedefop.europa.eu/en/about-cedefop/recruitment/traineeships


(ECHA) L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

Postijiet: Helsinki (Finlandja)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Hemm sa 20 opportunità ta’ traineeships għall-gradwati kull sena f’oqsma xjentifiċi bħall-kimika, it-tossikoloġija, il-bijoloġija, ix-xjenza ambjentali u t-teknoloġiji, u dmirijiet amministrattivi bħal-liġi, il-komunikazzjonijiet, il-finanzi, ir-riżorsi umani u l-ICT.

Min jista’ japplika: Gradwati universitarji li huma ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE jew ċittadini taż-Żona Ekonomika Ewropea (in-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein).

Tul: 3-6 xhur 

Bi ħlas: Iva. Madwar €1,300 fix-xahar

Dati tal-Bidu: Marzu u Settembru

 

Aktar tagħrif: https://echa.europa.eu/about-us/jobs/traineeships


Traineeships

Postijiet: Parma (Italy)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

L-EFSA toffri traineeships bi ħlas għal professjonisti żgħażagħ b’talent u bi kwalifiki għolja li għadhom qed jibdew il-karriera, f’qasam tal-għażla tagħhom.

Min jista’ japplika: Gradwati universitarji, b’livell ta’ B2 fl-Ingliż, li huma ċittadini tal-Istati Membri kollha tal-UE kif ukoll ta’ pajjiżi mhux tal-UE.

Tul: 12-il xahar 

Bi ħlas: Iva, għotja ta’ €1,150 fix-xahar.

Dati tal-Bidu: Novembru / Frar (jistgħu jvarjaw, jekk jogħġbok aqra s-Sejħa).

Aktar tagħrif: http://www.efsa.europa.eu/en/careers/youngprofessionals


(EUROFOUND) Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

Postijiet: Dublin (l-Irlanda)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Uħud mill-għanijiet tat-traineeships mal-Eurofound huma li jipprovdu lill-gradwati li għadhom kif ħarġu mill-università b’esperjenza unika u diretta tal-ħidmiet tal-Eurofound fil-kuntest usa’ Ewropew u Istituzzjonali u li jippermettulhom jakkwistaw esperjenza u għarfien prattiċi tax-xogħol ta’ kuljum tal-Eurofound.

Min jista’ japplika: Iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u tal-pajjiżi kandidati, li lestew l-ewwel ċiklu ta’ kors ta’ edukazzjoni għolja (edukazzjoni universitarja) u akkwistaw diploma sħiħa jew l-ekwivalenti tagħha. 

Tul taż-żmien: 6 xhur (jistgħu jiġu estiżi sa 6 xhur oħra).

Bi ħlas: Iva. Madwar €1,410.

Dati tal-Bidu: Il-ħin kollu

Aktar tagħrif: https://www.eurofound.europa.eu/about-eurofound/vacancies/information-on-trainee...


It-traineeships

Postijiet: Vilnius (Lithuania)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

It-traineeships jimmiraw prinċipalment sabiex: jipprovdu esperjenza ta’ taħriġ f’xogħol partikulari f’oqsma ewlenin tax-xogħol tal-Istitut; jestendu u japplikaw l-għarfien akkwistat matul il-kors tal-istudji jew il-ħajja tax-xogħol; jipprovdu għarfien ta’ xogħol prattiku tal-aġenziji u tal-istituzzjonijiet tal-UE; jagħtu l-possibbiltà lit-trainees li jakkwistaw esperjenza ta’ xogħol f’kuntest ta’ aġenzija tal-UE.

Min jista’ japplika: Gradwati universitarji li huma jew ċittadini ta’ stat membru tal-UE jew ta’ pajjiż tal-EFTA jew ta’ pajjiż li jikkwalifika tal-IPA.

Tul ta’ żmien: sa 6 xhur

Bi ħlas: Iva. Madwar €700 fix-xahar

Dati tal-Bidu: Il-ħin kollu

Aktar tagħrif: http://eige.europa.eu/about-eige/recruitment


L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (Fużjoni għall-Enerġija)

Postijiet: Barcelona (Spain), Cadarache (France), Garching (Germany)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Il-programmi tat-traineeships tal-F4E għandhom l-għan li jippromwovu s-sensibilizzazzjoni, l-għarfien u l-fehim tar-rwol tal-F4E fil-proġett ITER u fi ħdan il-kuntest Ewropew, kif ukoll li jipprovdu taħriġ lill-gradwati universitarji – fil-qasam tal-inġinerija nukleari, il-fiżika, l-amministrazzjoni u l-komunikazzjoni.

Min jista’ japplika: ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri jew tal-Iżvizzera li għandhom lawrja universitarja ta’ mill-anqas 3 snin studju (minimu ta’ baċċellerat) u għarfien tajjeb ħafna tal-Ingliż.

Tul: minn 4 sa 9 xhur

Bi ħlas: iva. Madwar €1,000 fix-xahar u r-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar

Dati tal-Bidu: Ottubru

 

Aktar tagħrif: https://fusionforenergy.europa.eu/traineeships/


It-traineeships

Postijiet: Lisbona (il-Portugall)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Il-programm tat-traineeship jimmira li jipprovdi lit-trainees b’esperjenza ta’ xogħol fil-qasam tal-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza marittima, ir-rispons għat-tniġġis fil-baħar u l-kooperazzjoni fost l-istati membri fis-sikurezza dwar kwistjonijiet relatati mal-baħar. It-taħriġ intern jagħmilha possibbli għat-trainees li jakkwistaw esperjenza prattika permezz ta’ xogħolhom u li jpoġġu fil-prattika l-għarfien li akkwistaw matul l-istudji akkademiċi jew il-karrieri professjonali tagħhom fl-oqsma tas-sikurezza marittima, il-komunikazzjoni jew l-amministrazzjoni.

Min jista’ japplika: Iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-UE, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-pajjiżi kandidati li jibbenefikaw minn strateġija ta’ qabel l-adeżjoni, li għandhom għarfien tajjeb tal-Ingliż. Il-kandidati għandhom ikunu lestew l-ewwel ċiklu ta’ kors ta’ edukazzjoni għolja (edukazzjoni universitarja) u akkwistaw diploma sħiħa.

Tul ta’ żmien: 3-6 xhur

Bi ħlas: Iva. Determinat każ b’każ

Dati tal-Bidu: L-1 ta’ Marzu u l-1 ta’ Settembru

Aktar tagħrif: http://emsa.europa.eu/work/jobs/vacancies.html


(EMA) L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Postijiet: Amsterdam (The Netherlands)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) topera programm ta’ traineeship maħsub għall-gradwati universitarji. Il-programm jagħti lit-trainees idea tajba tal-EMA u r-rwol tagħha fl-UE u n-network regolatorju Ewropew tal-mediċini u jipprovdihom b’esperjenza ta’ taħriġ professjonali.

Min jista’ japplika: Ċittadini ta’ stat membru tal-UE jew taż-ŻEE li ggradwaw reċentement jew li għamlu lawrija ta’ riċerka universitarja jew li huma studenti tal-università ta’ Erasmus+ jew programm simili.

Tul: 10 xhur 

Bi ħlas: Iva. 25% tal-AD5 step 1 u koeffiċjent ta’ korrezzjoni għan-Netherlands.

Dati tal-Bidu: Ottubru

Aktar tagħrif: https://careers.ema.europa.eu/content/Traineeship/?locale=en_GB


(EMCDDA), Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga

Postijiet: Lisbona (il-Portugall)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

It-traineeships fl-EMCDDA għandhom l-għan li jipprovdu lit-trainees b’għarfien prattiku tal-ħidmiet ta’ aġenzija Ewropea.

Min jista’ japplika: Gradwati universitarji li huma ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE, in-Norveġja u t-Turkija

Tul: 3-8 xhur 

Bi ħlas: Skont il-baġit

Dati tal-Bidu: Il-ħin kollu

Aktar tagħrif: http://www.emcdda.europa.eu/about/jobs


(ENISA) Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà

Postijiet: Ateni (Il-Greċja)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Permezz tal-iskema ta’ traineeship tagħha, l-ENISA tibbenefika mill-kontribut ta’ gradwati entużjasti li jistgħu jagħtu perspettiva ġdida u għarfien akkademiku aġġornat, li jtejjeb il-ħidma ta’ kuljum tal-ENISA.

Min jista’ japplika: Iċ-ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE jew in-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein, li lestew l-ewwel ċiklu ta’ kors universitarju ta’ edukazzjoni għolja u kisbu lawrja sħiħa jew l-ekwivalenti tagħha

Tul: 3-12-il xahar 

Bi ħlas: Iva. Madwar €1,000 fix-xahar

Dati tal-Bidu: Il-ħin kollu

Aktar tagħrif: https://www.enisa.europa.eu/recruitment/working-for-enisa/traineeship


(ERA) L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea

Postijiet: Valenciennes (Franza)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Fl-ERA aħna għandna rwol importanti fl-iżvilupp taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea (SERA), u nistednuk biex tgħinna niksbu l-objettivi ambizzjużi tagħna. Int se tipparteċipa fi proġetti reali relatati mal-isfond speċifiku tiegħek, mal-aqwa professjonisti u f’ambjent tax-xogħol akkoljenti u stimulanti.

Min jista’ japplika: Gradwati universitarji (minimu ta’ 3 snin ta’ studju), li għandhom għarfien tajjeb ħafna tal-Ingliż u ta’ lingwa oħra (għaċ-ċittadini tal-UE, din għandha tkun lingwa uffiċjali tal-UE)

Tul: 3-5-il xahar 

Bi ħlas: Iva. Madwar €1,200 fix-xahar

Dati tal-Bidu: l-1 ta’ Marzu u l-1 ta’ Ottubru

Aktar tagħrif: http://www.era.europa.eu/The-Agency/Jobs/Pages/Traineeship.aspx


It-traineeships

Postijiet: Turin (l-Italja)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

L-objettivi tal-internships huma li jipprovdu lit-trainees b’esperjenza ta’ xogħol fl-amministrazzjoni ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, biex jiksbu għarfien tal-objettivi u tal-attivitajiet tal-ETF u biex jippermettulhom li japplikaw it-tagħlim tagħhom fil-prattika.

Min jista’ japplika: Iċ-ċittadini kemm tal-Istati Membri kif ukoll tal-pajjiżi sħab tal-ETF.

Tul taż-żmien: 3-6 xhur

Bi ħlas: Iva.

Dati tal-Bidu: Il-ħin kollu

Aktar tagħrif: https://www.etf.europa.eu/en/about/recruitment


(FRA) L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali

Postijiet: Vjenna (l-Awstrija)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Wieħed mill-għanijiet tat-traineeship fl-FRA hu li jippermetti lit-trainees jikkontribwixxu għall-missjoni tal-Aġenzija billi jgħinu sabiex id-drittijiet fundamentali jsiru realtà għal kulħadd fl-UE.

Min jista’ japplika: Il-gradwati li lestew tal-anqas l-ewwel ċiklu ta’ kors ta’ edukazzjoni għolja (jiġifieri edukazzjoni universitarja) u akkwistaw diploma sħiħa jew l-ekwivalenti tagħha sad-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet. It-trainees jintgħażlu miċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi kandidati tal-UE (l-Albanija, l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja, u t-Turkija) u l-kandidati potenzjali (il-Bożnija-Ħerzegovina u l-Kosovo).

Tul taż-żmien: 9 xhur

Bi ħlas: Iva.

Dati tal-Bidu: L-1 ta’ Ottubru

Aktar tagħrif: http://fra.europa.eu/en/about-fra/recruitment/traineeship


(Europol) L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi

Postijiet: The Hague (The Netherlands)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Il-Europol toffri opportunitajiet ta’ tagħlim utli ħafna għall-gradwati u l-persuni professjonali. L-internships tagħhom jagħtu ċ-ċans li titieħed esperjenza rappreżentattiva tax-xogħol fil-Europol u li wieħed ikun parti minn tim multikulturali. Kull sena l-Europol toffri numru ta’ internships li jipprovdu l-individwi bl-opportunità li jitgħallmu aktar dwar l-attivitajiet tal-aġenzija u li jpoġġu t-tagħlim u l-ħiliet tagħhom fil-prattika billi jikkontribwixxu għall-missjoni tal-Europol.

Min jista’ japplika: Ċittadini tal-Istat Membri tal-Unjoni Ewropea, li għandhom livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi ma’ studji universitarji jew taħriġ vokazzjonali kompluti jew għaddejjin rilevanti għall-kompiti tal-Europol u għarfien tajjeb ħafna tal-anqas ta’ żewġ lingwi tal-Unjoni Ewropea (li waħda minnhom għandha tkun l-Ingliż). 

Tul ta’ żmien: 3-6 xhur

Bi ħlas: Iva. Madwar €790 fix-xahar

Dati tal-Bidu: Il-ħin kollu

Aktar tagħrif: https://www.europol.europa.eu/careers-procurement/internships


EUIPO - Il-Programm Pan-European Seal

Postijiet: Alicante (Spanja)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Din l-iskema tagħti lill-gradwati universitarji żgħażagħ esperjenza unika u diretta tal-Unjoni Ewropea b’mod ġenerali u tal-Uffiċċju b’mod partikulari. Hi wkoll opportunità biex jitpoġġa fil-prattika l-għarfien akkwistat matul l-istudji tagħhom, b’mod partikulari fl-oqsma speċifiċi tal-kompetenza tagħhom. Barra minn hekk, hi tgħinhom jifhmu kemm l-objettivi u l-proċeduri relatati mat-trademark tal-Unjoni Ewropea u mas-sistema tad-disinn Komunitarju, kif ukoll il-ksur tal-PI u l-kwestjonijiet ta’ infurzar.

Min jista’ japplika: Iċ-ċittadini tal-Istati Membri u minn pajjiżi mhux tal-UE, li kkompletaw tal-anqas l-ewwel ċiklu ta’ kors ta’ edukazzjoni għolja ċċertifikat minn dokument uffiċjali mill-Università u li għandhom għarfien biex jaħdmu b’waħda mill-ħames lingwi tax-xogħol tal-Uffiċċju (l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-Ispanjol).

Tul ta' żmien: 12-il xahar

Bi ħlas: Iva.

Dati tal-Bidu: Il-ħin kollu

Aktar tagħrif: https://euipo.europa.eu/ohimportal/en/traineeships

EUIPO - Il-Professjonisti Żgħażagħ

Postijiet: Alicante (Spanja)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Dan il-programm tat-traineeship hu intenzjonat biex jipprovdi professjonisti żgħażagħ b’esperjenza prattika tal-Unjoni Ewropea b’mod ġenerali u tal-EUIPO b’mod partikulari kif ukoll opportunità biex jitpoġġa fil-prattika l-għarfien akkwistat matul l-istudji tagħhom u l-ewwel esperjenzi professjonali tagħhom, b’mod partikulari fl-oqsma speċifiċi tal-kompetenza tagħhom.

Min jista’ japplika: Iċ-ċittadini tal-Istati Membri u minn pajjiżi mhux tal-UE, li kkompletaw tal-anqas l-ewwel ċiklu ta’ kors ta’ edukazzjoni għolja ċċertifikat minn dokument uffiċjali mill-Università u li għandhom għarfien biex jaħdmu b’waħda mill-ħames lingwi tax-xogħol tal-Uffiċċju (l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-Ispanjol).

Tul ta' żmien: 12-il xahar u ġimagħtejn

Bi ħlas: Iva.

Dati tal-Bidu: Bejn l-1 ta’ Settembru u l-15 ta’ Ottubru.

Aktar tagħrif: https://euipo.europa.eu/ohimportal/en/traineeships

EUIPO - L-Impjegati Żgħażagħ tal-PI

Postijiet: Alicante (Spanja)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

L-EUIPO joffri traineeships assistiti b’għotja ta’ flus lill-persunal żagħżugħ minn uffiċċji nazzjonali u internazzjonali tal-proprjetà industrijali. Dawn il-kollokamenti joffru taħriġ tekniku f’oqsma speċifiċi tal-amministrazzjoni tal-PI, b’mod partikulari tat-trademarks u tad-disinni. Huma joffru l-opportunità li wieħed jitgħallem dwar is-servizzi tar-reġistrazzjoni elettronika tal-EUIPO, li josserva t-tekniki u l-istrateġijji tal-maniġment u li jifhem il-bażijiet tad-data u l-għarfien tekniku tal-EUIPO. It-trainees jaħdmu wkoll f’oqsma speċifiċi ta’ għarfien espert oħrajn bħar-riżorsi umani, il-komunikazzjonijiet jew it-teknoloġija tal-informazzjoni.

Min jista’ japplika: Iċ-ċittadini tal-Istati Membri u minn pajjiżi mhux tal-UE, li kkompletaw tal-anqas l-ewwel ċiklu ta’ kors ta’ edukazzjoni għolja ċċertifikat minn dokument uffiċjali mill-Università u li għandhom għarfien biex jaħdmu b’waħda mill-ħames lingwi tax-xogħol tal-Uffiċċju (l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-Ispanjol).

Tul ta' żmien: 5 xhur

Bi ħlas: Iva.

Dati tal-Bidu: Il-ħin kollu

Aktar tagħrif: https://euipo.europa.eu/ohimportal/en/traineeships

EUIPO - It-Traineeships Bla Ħlas

Postijiet: Alicante (Spanja)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Dan il-programm ta’ traineeship hu intenzjonat għall-gradwati universitarji li, matul l-istudji tagħhom jew b’xi mod ieħor, diġà akkwistaw xi esperjenza inizjali fl-oqsma tax-xogħol tal-Uffiċċju.

Min jista’ japplika: Iċ-ċittadini tal-Istati Membri u minn pajjiżi mhux tal-UE, li kkompletaw tal-anqas l-ewwel ċiklu ta’ kors ta’ edukazzjoni għolja ċċertifikat minn dokument uffiċjali mill-Università u li għandhom għarfien biex jaħdmu b’waħda mill-ħames lingwi tax-xogħol tal-Uffiċċju (l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-Ispanjol).

Tul ta' żmien: 2-6 xhur

Bi ħlas: Iva.

Dati tal-Bidu: Il-ħin kollu

Aktar tagħrif: https://euipo.europa.eu/ohimportal/en/traineeships


(SatCen) Iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea

Postijiet: Torrejon de Ardoz (Spain)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

It-traineeships fis-SatCen għandhom l-għan li jippermettu lit-trainees jiksbu esperjenza prattika u għarfien dwar ix-xogħol ta’ kuljum tas-SatCen u biex jipprovdu lis-SatCen bil-kontribuzzjoni ta’ trainees li jwettqu kompiti speċifiċi ta’ utilità għas-SatCen u b’hekk jirċievi input minn gradwati reċenti li jġibu għarfien akkademiku aġġornat.

Min jista’ japplika: Ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE jew stati terzi li ffirmaw l-Anness dwar id-dispożizzjonijiet dwar l-assoċjazzjoni ta’ pajjiżi terzi mal-attivitajiet tas-SatCen

Tul: 2-6 xhur (tista’ tittawwal sa 12-il xahar)

Bi ħlas: Iva. Madwar €1,000 fix-xahar

Dati tal-Bidu: Il-ħin kollu

Aktar tagħrif: https://www.satcen.europa.eu/recruitment/traineeship_programmes


Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka

Postijiet: Geel (Belgium), Ispra (Italja), Karlsruhe (il-Ġermanja), Petten (The Netherlands), Seville (Spain)
Istituzzjoni/Aġenzija: Joint Research Centre
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Il-JRC joffri ambjent ta’ riċerka stimulanti, multikulturali u multidixxiplinari għat-trainees. Hemm żewġ tipi ta’ traineeship:

1. taħriġ relatat mal-preparazzjoni ta’ teżi għal lawrja universitarja;

2. taħriġ wara l-edukazzjoni universitarja (jew l-ekwivalenti tagħha) fi żmien 5 snin wara l-aħħar lawrja universitarja.

Min jista’ japplika: ċittadini tal-Istati Membri tal-UE, ta’ pajjiżi kandidati li jibbenefikaw minn strateġija ta' qabel l-adeżjoni u pajjiżi oħra li jikkontribwixxu finanzjarjament għall-Programm Qafas.

Tul: minn 3 sa 5 xhur 

Bi ħlas: iva. Skont il-post tar-reklutaġġ.

Dati tal-Bidu: il-ħin kollu

Aktar tagħrif: https://ec.europa.eu/jrc/en/working-with-us/jobs/temporary-positions/jrc-trainee...


(EUROJUST) L-Unità Ewropea ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja

Postijiet: The Hague (The Netherlands)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Matul is-sena, il-Eurojust toffri numru ta’ internships biex tipprovdi lill-individwi bl-opportunità li jitgħallmu aktar dwar l-attivitajiet tal-organizzazzjoni tagħna, u jpoġġu t-tagħlim u l-ħiliet tagħhom fil-prattika billi jikkontribwixxu għall-missjoni tal-Eurojust. 

Min jista’ japplika: Iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u tal-pajjiżi kandidati li lestew jew attwalment għaddejjin b’livell ta’ edukazzjoni li tikkorrispondi ma’ studji universitarji jew ma’ taħriġ vokazzjonali rilevanti għall-kompiti tal-internship fil-Eurojust jew, b’mod alternattiv, għandhom esperjenza professjonali rilevanti li se tkun qed tibbenefika l-internship.

Tul taż-żmien: 3-6 xhur

Bi ħlas: Le.

Dati tal-Bidu: Il-ħin kollu

Aktar tagħrif: http://www.eurojust.europa.eu/careers/Pages/Internships.aspx


(CDT) Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea

Postijiet: Lussemburgu (il-Lussemburgu)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni joffri traineeships, b’mod speċjali lil studenti mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u lil ċittadini minn pajjiżi kandidati li jixtiequ jakkwistaw fehim tal-oqsma ta’ attività taċ-Ċentru u li jiksbu esperjenza personali f’ambjent multikulturali u multilingwi, bl-opportunità li jagħmlu l-kuntatti.

Min jista’ japplika: kandidati li lestew tal-anqas erba’ semestri ta’ studji universitarji jew edukazzjoni ekwivalenti f’qasam ta’ interess għaċ-Ċentru u li għandhom xi ftit tal-esperjenza inizjali f’wieħed mill-oqsma ta’ attività taċ-Ċentru. Il-kandidati għandu jkollhom għarfien sħiħ ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u ħakma sodisfaċenti ta’ lingwa oħra tal-UE. 

Tul ta’ żmien: 3-6 xhur

Bi ħlas: Iva. 25% tas-salarju bażiku ta’ kull xahar ta’ membru temporanju tal-persunal fil-grad AD5, step 1.

Dati tal-Bidu: Il-ħin kollu

Aktar tagħrif: https://cdt.europa.eu/en/traineeships


Traineeships

Postijiet: Bilbao (Spain), Brussell (il-Belġju)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

L-għanijiet tat-traineeship fl-EU-OSHA huma li l-apprendisti jingħataw ċans li jifhmu l-objettivi u l-attivitajiet tal-Aġenzija, jiksbu esperjenza prattika u għarfien tal-ħidma ta’ kuljum tal-EU-OSHA u jingħataw l-opportunità li jaħdmu f’ambjent varjat, multikulturali u multilingwistiku, u jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ fehim reċiproku, fiduċja u tolleranza.

Min jista’ japplika: Gradwati universitarji li huma ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Liechtenstein (partijiet mill-ftehim ŻEE). Il-kandidati għandu jkollhom għarfien tajjeb ta’ tnejn mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Tul: 6 xhur (possibbiltà għal estensjoni oħra ta’ sitt xhur).

Bi ħlas: Iva. Madwar €1,190 fix-xahar

Dati tal-Bidu: L-1 ta’ Settembru.

Aktar tagħrif: https://osha.europa.eu/en/about-eu-osha/careers/euoshatr2001-traineeships-202020...


Traineeships

Postijiet: Frankfurt (Germany)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

 

Min jista’ japplika: It-trainees jintgħażlu minn ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u pajjiżi kandidati mal-adeżjoni tagħhom. Il-kandidati jridu jkunu attwalment reġistrati fi programm ta’ lawrja universitarja jew ikunu kisbu lawrja universitarja. M’hemmx livell universitarju minimu meħtieġ biex wieħed jidħol fil-programm ta’ traineeship.

Tul taż-żmien: 1-6 xhur.

Bi ħlas: Iva. Madwar EUR 1,300 fix-xahar.

Dati tal-Bidu: varjabbli.

Aktar tagħrif: https://eiopa.europa.eu/about-eiopa/careers


Traineeships

Miftuħa għal applikazzjoni: 29/04/2019 - 00:00
Data tal-għeluq: ebda skadenza ta' żmien għall-applikazzjoni
Postijiet: Ljubljana (is-Slovenja)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

 

Il-Programm ta’ Traineeship huwa prinċipalment immirat għall-gradwati universitarji żgħażagħ, mingħajr ma jiġu esklużi dawk li, fil-qafas tat-tagħlim tul il-ħajja, dan l-aħħar kisbu lawrja universitarja u huma fil-bidu ta’ karriera professjonali ġdida. 

Min jista’ japplika: 

  • Ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li għandhom 18-il sena jew aktar.
  • L-applikanti jrid ikollhom livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji mitmuma, iċċertifikati b’diploma (mogħtija fl-Istati Membri tal-UE jew li huma soġġetti għaċ-ċertifikati ta’ ekwivalenza maħruġa mill-Awtoritajiet tal-Istati Membri), meta l-perjodu normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta’ tliet snin jew aktar.
  • L-applikanti ma jistgħux ikunu diġà bbenefikaw jew jibbenefikaw minn kwalunkwe tip ta’ traineeship fi ħdan istituzzjoni jew korp tal-Unjoni Ewropea jew ikollhom xi tip ta’ impjieg fi ħdan istituzzjoni jew korp tal-Unjoni Ewropea.

Tul taż-żmien: 6 xhur

Bi ħlas: Iva. EUR 600 (Għotja ta’ kull xahar) u EUR 350 (Allokazzjoni ta’ Akkomodazzjoni).

Dati tal-Bidu: L-1 ta’ Settembru jew l-1 ta’ Marzu.

Aktar tagħrif: https://www.acer.europa.eu/en/The_agency/Working_at_ACER/Pages/Currrent-vacancie...


Traineeships (profili amministrattivi)

Postijiet: Paris (France)
Istituzzjoni/Aġenzija: (EBA) Awtorità Bankarja Ewropea
Tip ta' kuntratt: Apprendist

L-EBA qed torganizza sejħa għal espressjonijiet ta’ interess għal diversi pożizzjonijiet ta’ traineeship. L-għan tal-programm ta’ traineeship huwa li jipprovdi lill-gradwati reċenti b’esperjenza unika u diretta tal-ħidma tal-EBA, filwaqt li jifhmu l-objettivi u l-għanijiet tar-regolamentazzjoni u s-sorveljanza finanzjarji b’mod ġenerali, u l-objettivi tal-EBA b'mod speċifiku.

Min jista’ japplika: Gradwati reċenti

Tul ta’ żmien: 6 xhur bil-possibbiltà ta’ estensjoni oħra ta’ 6 xhur (għal massimu ta’ 12-il xahar b’kollox)

Bi ħlas: skont id-Deċiżjoni tal-EBA dwar it-Traineeships (disponibbli fis-sit web tal-EBA)

Dati tal-Bidu: varji

Aktar tagħrif: https://eba.europa.eu/about-us/careers/traineeships

Traineeships (profili tekniċi)

Postijiet: Paris (France)
Istituzzjoni/Aġenzija: (EBA) Awtorità Bankarja Ewropea
Tip ta' kuntratt: Apprendist

L-EBA qed torganizza sejħa għal espressjonijiet ta’ interess għal diversi pożizzjonijiet ta’ traineeship bi profil tekniku f’li ġejjin:

  1. Id-Dipartiment tal-Analiżi Ekonomika u l-Istatistika (EAS);
  2. Id-Dipartiment tar-Regolament Prudenzjali u tal-Politika Superviżorja (PRSP) u l-Unità tal-Koordinazzjoni tal-Politika (PAC);
  3. Id-Dipartiment tas-Swieq Bankarji, l-Innovazzjoni u l-Konsumaturi (BMIC);
  4. L-Unità legali.

L-għan tal-programm ta’ traineeship huwa li jipprovdi lill-gradwati reċenti b’esperjenza unika u diretta fil-kontribut għall-ħidma ta’ kuljum tal-EBA u l-fehim tal-objettivi u l-għanijiet tar-regolamentazzjoni finanzjarja.

Min jista’ japplika: Gradwati reċenti

Tul ta’ żmien: 6 xhur bil-possibbiltà ta’ estensjoni oħra ta’ 6 xhur (għal massimu ta’ 12-il xahar b’kollox)

Bi ħlas: skont id-Deċiżjoni tal-EBA dwar it-Traineeships (disponibbli fuq is-sit web tal-EBA)

Dati tal-Bidu: varji

Aktar tagħrif: https://eba.europa.eu/about-us/careers/traineeships


Traineeships

Postijiet: Praga (Ir-Repubblika Ċeka)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Il-GSA toffri traineeships bi ħlas f’dipartimenti differenti.

Min jista’ japplika: 

  • Il-gradwati tal-università, li huma ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. 
  • Il-kandidati għandu jkollhom għarfien tajjeb ta’ żewġ lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
  • L-applikanti ma wettqux traineeship qabel fil-GSA.

Tul tal-kuntratt 6 xhur

Possibbiltà ta’ tiġdid: iva

Bi ħlas: iva. €1,000 (Għotja ta’ kull xahar)

Aktar tagħrif: https://www.gsa.europa.eu/traineeship-listing


Traineeships

Postijiet: Brussell (il-Belġju)
Istituzzjoni/Aġenzija: (EDA) L-Aġenzija Ewropea għad-Difiża
Tip ta' kuntratt: Apprendist

Kull sena l-EDA tmexxi Programm ta’ Taħriġ ta’ sena maħsub għal gradwati universitarji reċenti li jixtiequ jagħmlu t-tranżizzjoni lejn id-dinja tax-xogħol f’organizzazzjoni fil-qalba tal-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża fl-Ewropa.

Traineeship fl-EDA jagħtik:

  • għarfien uniku dwar il-politiki u l-proċessi għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ difiża Ewropej
  • opportunità biex tapplika l-għarfien miksub matul l-istudji tiegħek
  • esponiment għal ambjent professjonali multikulturali u dinamiku

Min jista’ japplika: Gradwati universitarji reċenti li qatt ma wettqu traineeship bi ħlas jew bla ħlas jew kwalunkwe tip ta’ impjieg ieħor f’istituzzjoni jew korp Ewropew għal iktar minn sitt ġimgħat. Biex titqies eliġibbli, sad-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet il-kandidati jridu jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà fl-avviż ta’ post battal.

Tul ta’ żmien: Sena

Bi ħlas: Iva, €1.229,32/xahar (2021)

Dati tal-Bidu: Darba fis-sena, fl-1 jew fis-16 ta’ Settembru

Aktar tagħrif: https://eda.europa.eu/careers/current-vacancies


Traineeships (profili varji)

Miftuħa għal applikazzjoni: 29/03/2021 - 12:00
Data tal-għeluq: ebda skadenza ta' żmien għall-applikazzjoni
Postijiet: Paris (France)
Tip ta' kuntratt: Apprendist

L-ESMA organizzat sejħiet ġenerali għal espressjoni ta’ interess għal pożizzjonijiet ta’ traineeship, mingħajr ebda skadenza speċifika għall-applikazzjonijiet għall-profili li ġejjin:

  • Trasversali
  • Legali
  • Swieq Finanzjarji

L-għan tal-programmi ta’ traineeships tagħna hu li jipprovdu lill-gradwati/lill-istudenti li għadhom ma ggradwawx b’esperjenza unika u diretta tal-ħidma tal-ESMA. It-traineeships joffru 6-12-il xahar taħriġ applikat fl-analiżi tas-suq, fl-istatistika jew fl-immaniġġjar tad-data. Huma jipprovdu wkoll għarfien dwar kwistjonijiet kunċettwali u empiriċi tal-funzjonament u l-integrazzjoni tas-suq finanzjarju, kif ukoll ir-regolamentazzjoni, is-superviżjoni u l-infurzar fl-Unjoni Ewropea. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkonsulta l-avviżi ta’ postijiet battala disponibbli fuq il-portal tar-reklutaġġ tal-ESMA.

Min jista’ japplika: Gradwati u studenti li għadhom ma ggradwawx

Tul ta’ żmien: 6 xhur bil-possibbiltà ta’ estensjoni oħra ta’ 6 xhur (għal massimu ta’ 12-il xahar b’kollox)

Bi ħlas: €1185.07 (traineeship għal studenti li għadhom ma ggradwawx)/€1777.60 (traineeship għall-gradwati)

Dati tal-Bidu: varji.

Aktar tagħrif: https://esmacareers.adequasys.com